#nohlomlixidarba - Clare Azzopardi

#noħlomlixidarba

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Letteratura għaż-Żgħażagħ’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Int toħlom? Mhux għall-ħolm ta’ billejl qed ngħid imma għal dak ta’ binhar. Toħlom li xi darba…? Dawn l-istejjer juru x-xewqat u l-ħolm ta’ grupp ta’ żgħażagħ li huma ħbieb. X’jixtiequ jsiru la jikbru? Kif jixtiequ jibdlu l-pajjiż? X’jixtiequ jagħmlu għall-ambjent? X’aspirazzjonijiet għandhom? U dan il-ħolm jista’ jitwettaq? Xi ftit minnu jista’ u forsi xi ftit ieħor, le. L-istejjer ilaqqgħukom ma’ żgħażagħ mimlijin enerġija, altruwiżmu, umiltà, ħolm u empatija. Fuq kollox, ilaqqgħukom ukoll ma’ wħud mill-valuri tal-Unjoni Ewropea.

Pubblikatur
Servizzi Ewropej f’Malta (SEM)

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

CLARE AZZOPARDI pic

Awtriċi: Clare Azzopardi

Clare Azzopardi kitbet u ttraduċiet numru ta’ kotba għat-tfal, għall-adolexxenti kif ukoll għall-kbar. Fost l-iktar kotba magħrufa tagħha hemm Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz u s-serje ta’ Jake Cassar. Bosta stejjer ġew ippubblikati f’rivisti barra minn Malta u l-ġabra ta’ novelli Kulħadd ħalla isem warajh ġiet ippubblikata l-Kroazja, l-Ungerija, l-Eġittu u s-Slovenja. Ir-rumanz tagħha Castillo, ġie ppubblikat bl-Għarbi u bit-Taljan, waqt li fix-xhur li ġejjin se jkun ippubblikat bl-Ingliż u bl-Ungeriż. Dan ir-rumanz ġie addattat għall-palk kif ukoll għat-televixin mill-kumpanija Take Two.

REBBIEHA