Sherlock, Lupin u Jien - Dwayne Ellul

Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda Ħamra

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Londra xxukkjata: delitt misterjuż fis-subborg trankwill ta’ Twickenham.
Irene Adler, Sherlock Holmes u Arsène Lupin jerġgħu jiltaqgħu Londra u huma u jqallbu fit-Times jinnutaw problema taċ-ċess, iffirmata mill-“Patri l-Iswed”, li tidhrilhom kemxejn stramba. Il-kodiċi li nkitbet bih mhuwiex magħruf fid-dinja taċ-ċess, u leħħa ħafifa tilma f’għajnejn Sherlock … L-għada, il-belt Ingliża tqum maħsuda bl-aħbar tal-qtil ta’ negozjant sinjur. Fuq l-iskrivanija tiegħu tinstab warda ħamra: l-istess fjura li għoxrin sena qabel kien iħalli warajh grupp ta’ kriminali gwappi wara kull reat li kien iwettaq. Tgħid dan hu r-ritorn taċ-Ċorma tal-Warda Ħamra?

Pubblikatur
Merlin Publishers

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

DWAYNE ELLUL PIC

Awtur: Dwayne Ellul 

Dwayne Ellul (1987) jgħallem il-Malti f’diversi livelli, huwa qarrej tal-provi u ilu mill-2018 jippubblika studji kritiċi dwar il-lessikoloġija. Fl-istess sena lesta l-M.A. fil-Malti b’riċerka bl-isem Il-Kompilazzjoni ta’ Teżawru tematiku Malti dwar in-natura tal-bniedem u r-relazzjonijiet soċjali tiegħu. Huwa membru tal-Kumitat tat-Terminoloġija fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u beda jaħdem fit-taqsima tal-Glossarji tas-sit malti.mt bħala parti mill-proġett Ġabra Terminoloġika tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta fejn jgħallem il-Lessikografija u s-Sengħa tal-Kitba. Huwa l-editur tad-dizzjunarju ta’ Mario Serracino-Inglott (Merlin Publishers, 2016) u l-awtur ta’ Kelma għal Kelma: Teżawru Tematiku Malti (2020) tezawrutematiku.com. Pubblikazzjonijiet oħra tiegħu huma Missjoni: Insalvaw il-Pjaneta l-Blu (trad., 2018) rebbieħ tal-Premju Terramaxka 2019; Stellini: Kursar Malti (2020); kif ukoll mis-sensiela Sherlock, Lupin u Jien: Is-Sinjura s-Sewda (trad., 2019); L-Aħħar Att fit-Teatru tal-Opra (trad., 2019); u Il-Misteru tal-Warda Ħamra (trad., 2021).
REBBIEHA