NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Varjeta - Toni Sant

Varjetà

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Rumanzi’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

F’dan ir-rumanz, Sant jirrakkonta l-istejjer tal-kumpanija teatrali Stage Commandos li seħħew tassew u jimmaġina x’seta’ kien fil-partijiet li dwarhom m’hemmx dettalji fattwali. Fil-proċess, dan ir-rumanz storiku joffri sew dokument dwar parti mill-istorja tal-kultura popolari f’Malta f’nofs is-seklu għoxrin, kif ukoll ġrajja divertenti mnebbħa mill-ġrajjiet vera tal-kumpanija Stage Commandos.

Pubblikatur
Midsea Books

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Toni Sant

Awtur: Toni Sant

Toni Sant huwa xandar u kittieb Malti li għal ħafna snin ħadem f’numru ta’ pajjiżi barra minn Malta. Meta ma jkunx qiegħed jaħdem fl-irwoli akkademiċi tiegħu fl-università huwa jipproduċi poddati ta’ mużika Maltija, li jqishom bħala kontinwazzjoni ta’ ħafna xandiriet oħra li pproduċa u ppreżenta fuq ir-radju u t-televixin sa mis-snin tmenin.
NBP FINALISTS 1080x1080px MLT