NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Ser Jaghmel Joe - Dunstan Hamilton

X’ser Jagħmel Joe?

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Joe huwa armel li f’ħajtu għadda minn bosta nżul u tlajja’. Madankollu, l-età żgur mhux se ċċaħħdu milli jgħix ħajtu bl-aħjar mod. Bħalma jagħmel f’ħafna mill-kotba tiegħu, l-awtur Dunstan Hamilton, magħruf l-aktar għall-istejjer ta’ Xummiemu, jieħu l-opportunità biex jeduka u jqajjem kuxjenza, f’dan il-każ dwar xi nuqqasijiet fl-imġiba tagħna lejn l-anzjani, kwistjoni li tista’ tiġi ttrattata kemm waqt il-lezzjonijiet tal-PSCD kif ukoll meta wieħed jirrifletti fuqu nnifsu.

Pubblikatur
Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità bl-għajnuna tal-BDL

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Dunstan Hamilton

Awtur: Dunstan Hamilton

Dunstan Hamilton kiteb ’il fuq minn 30 ktieb, immirati speċjalment lejn l-istudenti u t-tfal. Fosthom hemm L-Istejjer ta’ Xummiemu u L-Avventuri ta’ Xadina Brikkuna. Dunstan Hamilton kiteb ukoll għas-Sagħtar għal ħafna snin.

NBP FINALISTS 1080x1080px MLT