Dawn huma żminijiet straordinarji u ħafna minna qegħdin inqattgħu l-maġġorparti tal-ħin id-dar. Iżda anke jekk qed tevita l-ħwienet, tista’ tixtri l-kotba ta’ awturi u pubblikaturi Maltin online.

Hawnhekk ġbarna informazzjoni dwar is-siti ta’ pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba f’Malta minn fejn tistgħu tordnaw il-kotba kollha li tixtiequ, minn rumanzi sa kotba ta’ riċerka, poeżiji, kotba għat-tfal u ħafna aktar.

Żuru s-siti tagħhom biex tkunu tafu aktar dwar offerti speċjali jew kif se jwassluhomlok id-dar.

Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u ta’ madwarkom – #oqgħodġewwa u #aqraktieb

 

AVC Publishers

Audio Visual Centre huwa l-fornitur ewlieni f’Malta ta’ prodotti għall-edukazzjoni. Il-portafoll tal-prodotti tagħna jinkludi kotba, apparat awdjoviżiv, soluzzjonijiet għal software interattivi u għamara ta’ kwalità għal skejjel, akkademji, kulleġġi u universitajiet.

T +356 21330886  | E custserv@merlinlibrary.com                                         merlinlibrary.com

BDL Publishing u OCTAVO

BDL Publishing  jispeċjalizza f’kotba ta’ kwalità li jvarjaw minn letteratura fittizja għat-tfal għal kotba prestiġjużi tal-Melitensja. Octavo hija pjattaforma tal-qari diġitali li ġiet żviluppata biex televa l-esperjenza tal-qari.

T +356 2138 0351  |  E  info@bdlbooks.com  info@octavo.store                   bdlbooks.com

ĊAK

Ċak huma pubblikaturi ta’ kotba reliġjużi u bi ftehim mal-Konferenza Episkopali Maltija u mal-Libreria Editrice Vaticana

riċentament saret il-pubblikatur uffiċjali tad-dokumenti l-aktar importanti tal-Knisja u tal-Papiet.

T +356 2149 8343  | E info@cakmalta.org                                                          ruhmalta.com

Deer Publications

Deer Publications tispeċjalizza f’kotba għat-tfal u għall-kbar b’temi reliġjużi u tradizzjonali. Il-pubblikazzjoni ewlenija tagħha hija ‘Ilwien Il-Festi Maltin’, enċiklopedija fotografika tal-festi tradizzjonali Maltin.

T +356 9938 5496 / +356 7905 8691   |  E deerandrew@gmail.com              bdlbooks.com/publisher/deer-publications

EDE Books

Ede Books jispeċjalizzaw fil-pubblikazzjoni ta’ kotba tal-arti – fosthom kotba viżivi, rikki fil-kontenut u li jiffukaw fuq arkitettura, fotografija, disinn u l-kultura urbana.

T +356 2133 4224 / +356 7982 7522  |  E  info@edebooks.eu                        edebooks.eu

Faraxa Publishing

Faraxa, imnedija fl-2011, tipproduċi pubblikazzjonijiet professjonali b’enfasi fuq traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet letterarji internazzjonali u ġeneri varjati oħra.

T +356 9982 0157  | E info@faraxapublishing.com                                          faraxapublishing.com

Horizons

Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f’Malta u matul is-snin rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f’għadd ta’ kategoriji. Ippubblikat numru ta’ awturi stabbiliti, kif ukoll introduċiet numru ta’ awturi żgħażagħ u promettenti.

T +356 2144 1604  |  E  info@horizons.com.mt                                               horizons.com.mt

Infinity Books Ltd.

Infinity Books twaqqfet fl-2018 u tippubblika kotba Kristjani, ta’ riċerka, rumanzi, kotba tat-tfal, u komiks  ta’ awturi Maltin u barranin, u kotba klassiċi tal-letteratura Ingliża u Taljana.

T +356 99532366  |  E infinitybooksmalta@yahoo.com                                  infinitybooksmalta.com

Kite Group

Kite Group sar sinonimu ma’ kontenut ta’ kwalità għolja bi preżentazzjoni eċċellenti, fosthom bijografiji, kotba dwar l-arti u l-kultura, arkitettura, storja, kotba akkademiċi, rumanzi u kotba għat-tfal.

T +356  9993 2592  |  E info@kitegroup.com.mt                                              kitegroup.com.mt

Malta Online Bookshop

Dan huwa ħanut tal-kotba onlajn li jbigħ tipi differenti ta’ kotba bil-Malti u bl-Ingliż. Jispeċjalizza wkoll f’kotba antiki tal-Melitensia.

E info@maltaonlinebookshop.com                                                                   maltaonlinebookshop.com

Merlin Publishers

Merlin huma l-pubblikaturi ta’ lista estensiva ta’ letteratura Maltija, u tax-xogħlijiet ta’ parti l-kbira tal-awturi stabbiliti Maltin, kif ukoll dejjem tilqa’ u tagħti l-opportunità lill-awturi emerġenti.

T +356 2124 6472  |  E info@merlinpublishers.com                                        merlinpublishers.com

Midsea Books u Klabb Kotba Maltin

Matul dawn l-aħħar 45 sena, Midsea Books u Klabb Kotba Malta saru sinonimi ma’ kotba ta’ kwalità bil-Malti jew dwar Malta. Bosta mill-kotba ppubblikati huma rebbieħa jew finalisti ta’ premjijiet letterarji, kemm Malta, kif ukoll barra.

T +356 2149 7046 / +356 2123 9039  |  E admin@midseabooks.com         midseabooks.com

Milan Haluska

Milan Haluska  jirrappreżenta żewġ djar tal-pubblikazzjoni mir-Repubblika Ċeka, Meander u Albatros Media, li jispeċjalizzaw f’kotba għat-tfal minn 3 sa 12-il sena bl-Ingliż.

T +356 99346247  |  E Milan5652@seznam.cz

Agenda Bookshop (Miller Publishers)

Miller jirrappreżentaw numru kbir ta’ pubblikaturi barranin kif ukoll pubblikaturi lokali, f’kull qasam ta’ pubblikazzjoni, minn kotba għat-tfal għal kotba tal-Università.

T +356 21 66 4488   |  E customercare@agendabookshop.com                              www.agendabookshop.com

SKS Publishers

SKS hija speċjalizzata f’numru żgħir ta’ ġeneri ta’ kitba li, għalkemm ftit, ifissru ħafna, bħal-letteratura, it-teorija politika, l-istorja tad-demokrazija liberali, affarijiet kurrenti, bijografiji, u l-kultura.

T +356 2124 9900  |  E skspublishers@gmail.com                                         bdlbooks.com/publisher/sensiela-kotba-socjalisti

Wise Owl Publications

Wise Owl Publications hija dar tal-pubblikazzjoni indipendenti rebbieħa ta’ bosta premjijiet. Il-pubbblikazzjonjiet tagħhom jinkludu kollezzjoni kbira ta’ kotba bil-kulur għal tfal ta’ kull età, kotba dwar l-istorja Maltija, il-kultura u l-folklor, l-istorja Naturali, rumanzi, kotba dwar is-saħħa, kotba tar-riċetti u kotba ta’ ħidma.

T +356 21453303  |  E wiseowl@maltanet.net                                                wiseowlmalta.com

 

 

         


Share Article