Il-Festival Tal-Ktieb Fuq Il-Kampus 2021 – edizzjoni virtwali
B’kollaborazzjoni ma’ Dipartimenti mill-Università ta’ Malta u pubblikaturi lokali, qed inwasslulkom programm ta’ attivitajiet online mħejji speċifikament għall-istudenti Universitarji u l-pubbliku ġenerali.
Bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2021 se nkunu qed inxandru online l-programm li tista’ tarah minn fejn trid. Kull attività, fosthom tnedijiet ta’ kotba u diskussjonijiet ma’ kittieba lokali u internazzjonali, se tixxandar minn fuq dil-paġna u l-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.