Dalgħodu stess, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ġie mistieden jindirizza udjenza ta’ ġenituri ta’ tfal (ta’ 8 snin u inqas) li jattendu l-Iskola Primarja A tal-Mosta dwar l-importanza tal-qari lit-tfal. Dan l-avveniment kien wieħed minn ħafna li seħħu matul il-‘Book Week’ organizzata mill-istess skola fuq inizzjattiva tal-assistant head Ms. Jane Grima. L-attendenza kienet numeruża u kull ġenitur/carer ingħata kotba tal-proża u poeżija bil-Malti biex jibda jaqra lil uliedu flimkien ma fuljett ta’ FAQs dwar is-suġġett. Is-Sur Charles Calleja, il-kelliem prinċipali f’isem il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, flimkien ma Ms.Cheryl Falzon (Head of Public Libraries) wieġbu anke xi mistoqsijiet li kellhom dawk preżenti dwar il-qari lill-ulied. Ms. Fiott, il-Headmistress tal-iskola laqghet bi ħġara l-għotja ta’ kotba li ser titqassam fil-libreriji tal-klassijiet tal-Kinder, u Years 1, 2 u 3.
Picture1

Picture2

Picture3

Picture4

Picture5


Share Article