L-avvenimenti hekk imsejjħa ’emerging artists’ fil-programm tal-Malta Arts Festival tal-2014 preżentaw serati interdixxiplinarji imżewwqa b’mużika u letteratura. Din il-kollaborazzjoni ħadet il-forma ta’ żewġ kunċerti ta’ mużika klassika u oriġinali: wieħed interpretat mill-perkussjonist żgħażugħ Luke Baldacchino u l-ieħor minn Nadine Galea fuq il-vjolin flimkien ma Riyad Nicolas fuq il-pjanu. Iż-żewġ kunċerti ġew akkumpanjati minn qari ta’ poeżiji ta’ poeti emerġenti magħżula mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

 

Is-serati ittelgħu fil-bitħa grandjuża tal-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta u il-poeżiji tal-poeti żgħażagħ Francesco Grech, Beverly Agius, Matthew Schembri, Yana Psaila, Jonathan Balzan and Celine Agius ingħataw il-ħajja permezz tal-qari animat taż-żewġ atturi lokali Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.

 

 

 


Share Article