

Disgħin Minuta
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Novelli’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Rakkonti qosra mnebbħa mill-ħajja ta’ madwarna. Malajr jinqraw. Minuta kollox jew ftit aktar. Imma l-qarrejja għandhom jieqfu ftit wara kull rakkont u jirriflettu fuq dak li jkunu qraw u dak li forsi jiġi f’moħħhom – xi tifkira, xi ġrajja jew xi xewqa. Il-moħħ jaf imur fl-imgħoddi u jerġa’ b’ġirja lejn il-preżent biex wara ftit jerġa’ jaħrab biex jimraħ fil-futur.
Pubblikatur
Klabb Kotba Maltin
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Awtur: Charles Casha
Charles Casha huwa kittieb prolifiku u fost ix-xogħlijiet tiegħu bejn l-1968 u l-2022, insibu kotba għat-tfal, għall-adolexxenti u għall-adulti. Huwa kiteb novelli, rumanzi, drammi u poeżiji kif ukoll adatta għall-Malti diversi kotba għat-tfal. Xi wħud mir-rumanzi tiegħu għall-adulti nqalbu għall-Ingliż u għall-Albaniż.
