

Fratelli tutti
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Traduzzjoni’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Ittra enċiklika tal-Papa Franġisku dwar il-fraternità u l-ħbiberija soċjali. Il-papa joffri din l-enċiklika soċjali bħala kontribut umli għar-riflessjoni biex, quddiem id-diversi modi ta’ eliminazzjoni u twarrib tal-oħrajn fi żmienna, ikollna l-ħila li nirreaġixxu b’ħolma ġdida ta’ fraternità u ta’ ħbiberija soċjali li ma tillimitax ruħha għall-kliem biss.
Pubblikatur
Reliġjon u Ħajja
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Awtur: Francesco Pio Attard
Francesco Pio Attard (1985) kiseb Baċellerat bl-Unuri fit-Teoloġija (2011), u Maġisteru fl-Istudju taż-Żgħażagħ (2016) mill-Università ta’ Malta. Ilu mill-2017 l-editur tar-rivista djoċesana ta’ kull xahar Il-Ħajja f’Għawdex. Kiteb diversi xogħlijiet għal kotba u rivisti lokali. Jaħdem fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Għawdex u jservi bħala Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
