Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Henri Matisse, artist famuż Franċiż kien ipitter bl-imqass. Kif tista’ tpinġi jew tpitter bl-imqass? Ejja ħa niskopru kif tista’ flimkien ma’ Henri Matisse f’din il-poeżija storja. Issa jmiss lilek tpinġi bl-imqass!
Doris Schembri hija l-awtriċi ta’ numru ta’ kotba għat-tfal, bħal Jisimni Mariah, Biskuttinu, u Inpinġi bl-Imqass ma’ Henri Matisse. Wara erbatax-il sena taħdem fis-settur tal-kindergarten, illum hija għalliema tal-primarja u tieħu pjaċir taqra l-istejjer lit-tfal żgħar f’diversi lokalitajiet. Fil-ħin liberu tagħha, meta mhix qed tikteb, tista’ ssibha taqra l-bijografiji, tgħum, tipprattika l-boxing jew issiefer.