Kapt’n Fsied u l-Kaxxa tal-Ikel
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Hugo huwa pupu taċ-ċarruta speċjali: huwa superpupu taċ-ċarruta! Meta jara l-periklu, jilbes qalziet ta’ taħt f’rasu u jsir Kapt’n Fsied. U ma jibża’ minn xejn. Imma xxxx! Tgħid lil ħadd. Insejt il-kaxxa tal-ikel id-dar? Tiħux ħsieb! Iġibhielek Kapt’n Fsied!
Pubblikatur
Merlin Publishers
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021
Awtriċi: Clare Azzopardi
Clare Azzopardi kitbet u ttraduċiet numru ta’ kotba għat-tfal, għall-adolexxenti kif ukoll għall-kbar. Fost l-iktar kotba magħrufa tagħha hemm Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz u s-serje ta’ Jake Cassar. Bosta stejjer ġew ippubblikati f’rivisti barra minn Malta u l-ġabra ta’ novelli Kulħadd ħalla isem warajh ġiet ippubblikata l-Kroazja, l-Ungerija, l-Eġittu u s-Slovenja. Ir-rumanz tagħha Castillo, ġie ppubblikat bl-Għarbi u bit-Taljan, waqt li fix-xhur li ġejjin se jkun ippubblikat bl-Ingliż u bl-Ungeriż. Dan ir-rumanz ġie addattat għall-palk kif ukoll għat-televixin mill-kumpanija Take Two.