NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Minn Taht L-ilsien - Rita Saliba

Minn Taħt l-Ilsien

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Novelli’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Kultant l-istejjer jgħaddu minn fuqna bħal mewġa; jiġu mill-passat u b’riħithom ninġarru mit-tifkiriet, bit-tama li xi ħin naslu sax-xatt bla mittiefsa.
Drabi oħra nħarsu ġol-mera, iżda naraw aktar minn rifless wieħed iħares lejna …
L-istejjer jafu ma jispiċċawx, imma jerġgħu lura jfittxu vendetta filwaqt li oħrajn jissawru minn frammenti tal-ħġieġ …
F’din il-ġabra hemm stejjer li jiġru bejn l-erba’ ħitan ta’ djar magħluqa, jew fil-kmamar ta’ ġewwa; oħrajn li jitfarfru mill-għatba ’l barra … uħud jidwu karba siekta …
Dawn l-istejjer jaf tismagħhom jingħadu xi darba … minn taħt l-ilsien.

Pubblikatur
Klabb Kotba Maltin

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Rita Saliba

Awtriċi: Rita Saliba

Rita Saliba (1964) tikteb kemm proża kif ukoll poeżija. Fl-2016, ħadet sehem fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. Rebħet il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ tliet darbiet u ttraduċiet żewġ rumanzi għall-adolexxenti mit-Taljan għall-Malti. Awtriċi ta’ rumanz għall-adulti kif ukoll ta’ ġabriet ta’ novelli u mikrostejjer. Minn Taħt l-Ilsien hija l-aħħar ġabra ta’ novelli tagħha.
NBP FINALISTS 1080x1080px MLT