Vjaġġ Bil-Ballun
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Abdul iħobb jilgħab il-futbol kull fejn ikun. Ħadd u xejn mhu se jwaqqfu… lanqas meta ħajtu tinbidel minn lejl għal nhar. Fil-vjaġġ tiegħu bil-ballun, Abdul x’se jsib?
Pubblikatur
Horizons
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021
[ult_content_box bg_color=”#f0f0f0″ box_shadow=”horizontal:px|vertical:px|blur:px|spread:px|style:none|” padding=”padding-top:50px;padding-right:30px;padding-bottom:30px;padding-left:30px;” hover_box_shadow=”horizontal:px|vertical:px|blur:px|spread:px|style:none|” margin=”margin-bottom:30px;”]
[/ult_content_box]
Awturi: Maria Borg Cremona u Carmel Busuttil
Vjaġġ bil-Ballun huwa ispirat mill-esperjenza ta’ Carmel Busuttil u Maria Borg Cremona fil-programm Bil-Qari u l-Kitba Niskorja, organizzat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Permezz tal-ktieb tagħhom, l-awturi jixtiequ jgħaddu messaġġ dwar l-importanza tal-inklużjoni u l-kompassjoni, speċjalment f’dawn iż-żminijiet li fihom l-immigrazzjoni irregolari qed tkompli tiżdied minħabba gwerer u kunflitti f’pajjiżi differenti.