Vrumm! - Noel Tanti

Vrumm! L-Istorja tal-Karozzi

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Il-karozzi qegħdin kullimkien. Jieħdu ’t-tfal l-iskola, għall-vaganzi jew biex iżuru liz-zijiet. Jintużaw biex iwasslu l-ordnijiet fil-ħwienet u biex jiġbru l-iskart għar-riċiklaġġ. Jeżistu wkoll vetturi li … iġorru karozzi oħra. Jew vetturi li jsalvaw ħajjet in-nies. Isuquhom il-pulizija, it-tobba u l-pumpiera. Fl-imgħoddi l-karozzi kienu differenti ħafna minn kif nafuhom illum. Id-disinjaturi, l-inġiniera u s-sewwieqa tagħhom kellhom bosta avventuri — xi kultant perikolużi, xi kultant tad-daħq. Iżda mingħajr l-entużjażmu tagħhom, il-karozzi tal-lum kienu jkunu differenti ħafna. Jista’ jkun li saħansitra konna nispiċċaw MINGĦAJR karozzi. Min jaf? Ejja naqraw ftit dwarhom!

Pubblikatur
Merlin Publishers

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

NOEL TANTI pic

Awtur: Noel Tanti

Noel Tanti jaħdem bħala librar fi skola. L-ewwel żewġ pubblikazzjonijiet tiegħu, Fil-Kamra ta’ Jonas u Tal-Forn, b’illustrazzjonijiet ta’ Matt Stroud rebħu l-Premju Terramaxka. Tanti għandu wkoll sensiela ta’ kotba għat-tfal tradotti minn diversi lingwi, fosthom it-Taljan u l-Ispanjol. Huwa wkoll l-editur ta’ diversi rumanzi kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar.
Għal xi żmien, Noel ħadem ukoll bħala illustratur. It-tpinġijiet tiegħu dehru fix-xogħlijiet bikrin ta’ Alex Vella Gera kif ukoll f’Passaport, il-poeżija ta’ Antoine Cassar.
Apparti l-kitba, Noel iħobb ħafna l-qari, l-għasafar, il-pittura u ċ-ċinema, speċjalment il-films tal-orrur.
REBBIEHA