Żifna f’xifer irdum
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Novelli’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
F’din in-nisġa ta’ rakkonti, mhux il-karattri kollha għandhom isem. Forsi għax jistgħu jkunu int jew jien. Jew dik il-mara li ċċumbajt tiċċaċċra ma’ sħabha, liebsa kowt vjola jgħajjat. Jew dik l-omm żagħżugħa li lmaħt tiġri barra fix-xita, bil-papoċċ roża, b’tarbija tixher f’dirgħajha. Tgħid fejn kienet sejra? Jew il-ġuvni li nzertajt m’ilux ġo ħanut, idur indeċiż il-fwejjaħ tan-nisa, flixkun flixkun.
Pubblikatur
Merlin Publishers
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021
Awtriċi: Nadia Mifsud
Nadia Mifsud (1976) tikteb l-iktar poeżiji u stejjer qosra, kultant xi rumanz. Spiss tittraduċi mill-Malti għall-Franċiż, kultant bil-kontra. L-aħħar żewġ pubblikazzjonijiet tagħha huma Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books) u Żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers). Fl-2016, rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (poeżija) għat-tieni ġabra tagħha, Kantuniera ’l bogħod. Mifsud ilha mill-2011 involuta f’Inizjamed.