Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lill-pubblikaturi biex jissottomettu espressjoni ta’ interess għall-pubblikazzjoni ta’ żewġ antoloġiji ta’ proża u poeżiji ta’ kittieba Maltin illi se jiġu tradotti waħda għall-Ingliż u l-oħra għat-Taljan.

Ix-xogħolijiet bil-Malti li se jiġu tradotti se jkunu magħżula fuq bażi ta’ kwalita’ għolja fejn wara li jiġu ppubblikati, l-pubblikazzjonijiet se jservu bħala mezz ta’ promozzjoni f’Fieri internazzjonali barra minn Malta biex jinħoloq suq aktar wiesa’ għal prodott Malti.

Kull offerta vantaġġjuża tiġi kkunsidrata. Wara li tingħalaq s-sejħa ta’ interess u jintgħazlu l-pubblikaturi jiġi diskuss magħhom id-disinn u l-produzzjoni tal-ktieb skont ix-xewqa tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

L-ispejjez għal dawn il-pubblikazzjonijiet se jiġu mħallsa mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Id-deċizjoni finali ta’ min se jieħu l-pubblikazzjoni hija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-espressjoni ta’ interess għandha tintbagħat lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph J. Mangion, Floriana FRN 1800 sa mhux aktar tardminn nofs inhar tal-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru, 2014.


Share Article