Programm speċjali għat-tfal u l-familji

Il-ħinijiet ta’ filgħodu ta’ minn nhar l-Erbgħa, 23, sa ta’ nhar il-Ġimgħa, 25 se jkunu dedikati b’mod speċjali għall-istudenti rreġistrati mill-iskejjel f’Malta u Għawdex. Kull student irreġistrat se jingħata vawċer ta’ €5, sabiex waqt li jduru mad-diversi stands tal-esebituri, jistgħu jagħżlu l-ktieb li jridu jieħdu d-dar magħhom. Grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Festival ŻiguŻajg, l-istudenti se jkollhom l-opportunità li jaraw waħda minn żewġ produzzjonijiet teatrali li se jittellgħu kuljum, immirati għal etajiet differenti. Matul l-ewwel jumejn, il-produzzjonijiet teatrali se jkun adattati mill-kotba rebbieħa għat-tfal tal-Premju Terramaxka 2022, waqt li dawk ta’ nhar il-Ġimgħa, se jkollhom lill-kittieb John Boyne u l-illustratur Gattaldo bħala mistiedna speċjali. Ir-reġistrazzjoni għal dawn huma magħluqa.

L-attivitajiet għat-tfal ikomplu waranofsinhar u fi tmiem il-ġimgħa. Nhar is-Sibt, it-tfal ta’ bejn seba’ u tnax-il sena jistgħu jinkitbu għal workshop esklussiv u ta’ darba fuq l-illustrazzjoni ma’ Gattaldo, l-awtur tal-ktieb għat-tfal Fearless maqlub għall-Malti bħala Il-Ġurnalista (Midsea Books) minn Immanuel Mifsud. Bejn is-Sibt u l-Ħadd, se jittellgħu wkoll żewġ produzzjonijiet teatrali minn Żigużajg għall-familja kollha, bħala parti mill-programm tal-Festival Żigużajg. Tista’ tikklikkja hawnhekk biex tixtri biljett għal Coco the Singer, the Chocolate Finger. Bl-eċċezzjoni ta’ din il-produzzjoni, id-dħul għall-avvenimenti l-oħra kollha mtellgħa waqt il-Festival huma b’xejn.

Fl-ispirtu tal-inklużjoni, u grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Inspire, fir-Rainbow Hall, se titwaqqaf Sensory-Friendly Room, li se toffri spazju ideali għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu sabiex isegwu attivitajiet ta’ rakkuntar ta’ stejjer f’ambjent sigur u inklussiv.

L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma se tkun preżenti wkoll waqt il-Festival, bi programm ta’ avvenimenti għat-tfal, li jinkludi sessjonijiet ta’ qari u esperimenti xjentifiċi marbutin mas-sigurtà, is-sostennibbiltà u l-affordabbiltà tal-enerġija u l-ilma.

Ikklikkja hawnhekk biex tiskopri aktar fuq l-avvenimenti kollha mmirati għat-tfal u l-familji.

Ziguzajg shows:

Din is-sena, il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ ŻiguŻajg u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ngħaqdu flimkien! L-ewwel għodwiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022, nhar l-Erbgħa, it-23, nhar il-Ħamis, l-24 u l-Ġimgħa, il-25 ta’ Novembru se jkunu ddedikati b’mod speċjali għall-istudenti mill-iskejjel f’Malta u Għawdex. Il-Festival ta’ Żigużajg ħejja programm speċjali għat-tfal li rreġistraw mal-iskejjel tagħhom biex jieħdu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-attivitajiet jinkludu spettakli ispirati mir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2022 u spettaklu li fih l-istudenti se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu personalment ma’ John Boyne, l-awtur ta’ The Boy in the Striped Pyjamas! Ir-reġistrazzjonijiet għal dawn l-ispettakli li se jittellgħu filgħodu huma kollha magħluqin.

Matul tmiem il-ġimgħa, il-produzzjoni ta’ żfin ‘Coco, the Singer and the Chocoloate Finger’ se tittella’ wkoll fit-teatru tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Tista’ tixtri l-biljett tiegħek minn https://www.ziguzajg.org jew billi tiskennja l-barcode.

Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ ŻiguŻajg huwa l-unika festival f’Malta mmirat speċifikament għat-tfal u ż-żgħażagħ, bi preżentazzjoni ta’ programm intriganti ta’ produzzjonijiet internazzjonali u xogħol ġdid ikkummisjonat, li jittella’ annwalment. Mindu beda fl-2010, il-programm tal-festival ta’ ŻiguŻajg dejjem issaħħaħ, u sar pedament tal-kalendarju kulturali kemm f’Malta kif ukoll lil hinn.

Ride the Feeling: ETAJIET: 0-7
Tul: 35 minuta
Lingwa: Ingliż
Kast u Tim Kreattiv
Direzzjoni u Adattament: Prickly Pear Productions
Artisti: Zoë Alba Farrugia and Chantelle Micallef Grimaud

Vjaġġ bil-Ballun: ETAJIET 8-12
Tul: 35 minutes
Lingwa: Maltese
Kast u Tim Kreattiv
Direzzjoni u Adattament: Prickly Pear Productions
Artisti: Chantelle Micallef Grimaud and Sean Briffa

Striped Pyjamas: ETAJIET KOLLHA
Tul: 30-40 minuta
Lingwa: Ingliż
Kast u Tim Kreattiv
Direzzjoni: Rebecca Camilleri
Assistenta tal-Palk: Julia Camilleri
Illustratur: Gattaldo
Narratur: Myron Ellul
Artisti: Jamie Iles, Beppe Radmilli, Myron Ellul

 

 

FB_EventPage_English_02