Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jassigura li minbarra parkeġġ spazjuż fid-daħla tal-MFCC fl-Entratura Nord tal-MFCC għal dawk li jiġu bil-karozzi, kulħadd jista’ jasal sal-Festival permezz tat-trasport pubbliku, grazzi għal aktar rotot ta’ tal-linja offruti mill-Malta Public Transport. Il-pubbliku jista’ juża s-servizz ta’ shuttle mill-Belt Valletta, waqt li bejn nhar l-Erbgħa u l-Ħadd, il-karozzi tal-linja kollha li jgħaddu minn Ta’ Qali se jkunu aktar spissi.

Min jixtieq jasal l-MFCC, Ta’ Qali, se jkollu erba’ rotot offruti għalih:

  1. Ir-Rotta 202 (mir-Rabat sa Tas-Sliema);
  2. Ir-Rotta 186 (mir-Rabat sa Buġibba);
  3. Ir-Rotta 56 (mill-Belt Valletta sa Ta’ Qali);
  4. Ir-Rotta TQ1 (mill-Belt Valletta sa Ta’ Qali) – din ir-rotta hija x-shuttle msemmija qabel u se titlaq mill-Bay A1 tal-Belt Valletta (qrib il-funtana Tritoni) u tibqa’ sejra direttament Ta’ Qali, fejn tieqaf fl-Entratura Nord.

L-ewwel tliet rotot se jitilqu kull nofs siegħa; waqt li r-Rotta TQ1 se titlaq kull siegħa. Ikklikkja hawn għall-iskeda.

-Ir-Rotta 186 tgħaddi mir-Rabat, Ħ’Attard, il-Mosta, Burmarrad, San Pawl il-Baħar u Buġibba.
-Ir-Rotta 56 tgħaddi minn Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, is-Swatar, l-Imsida, il-Pietà u l-Furjana.
-Ir-Rotta 202 tgħaddi minn Ħ’Attard, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, il-Kappara, is-Swieqi, Pembroke u San Ġiljan.

 

 

FB_EventPage_English_02