Dar Camilleri ser tkun qed tniedi l-ewwel antoloġija letterarja tagħha: L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba. L-antoloġija hija kollezzjoni ta’ letteratura ċċensurata u trasgressiva li mbuttat il-limiti fil-letteratura Maltija. L-awturi fl-antoloġija jinkludu lil Alfred Buttigieg, Immanuel Mifsud, Ġużè Stagno, Karl Schembri, Loranne Vella u Alex Vella Gera. L-antoloġija għandha wkoll kummentarju ta’ James Debono, Mark Camilleri, Katryna Storace u Mark Vella.