Mark Vella jagħti taħdita pubblika dwar ir-rumanz L-Ibleh (1948) ta’ Ġużè Orlando, wieħed mill-klassiċi Maltin u opra kanonika tas-soċjorealiżmu Malti li bħalissa qed tiġi studjata fil-baċċelerat tal-Malti fl-Università, waqt li jinqraw siltiet minn dan ir-rumanz.