Dan il-ktieb jitkellem fuq Mark u t-tlett iħbieb tiegħu li lkoll jaħdmu ma’ kumpanija responsabbli mill-ilma. Fil-fatt narawhom isiefru lejn Malta fejn Mark u Alexandra żaru impjant tar-Reverse Osmosis u raw kif jaħdmu s-sistemi ta’ grey water, filwaqt li Keith u Amy żaru l-Impjant tad-Drenaġġ. Permezz ta’ dawn l-esperjenzi huma bdew jaħdmu fuq sistemi simili għall-gżira tagħhom, tant li wara ftit snin iċ-ċittadini tal-gżira ma baqgħux isofru nuqqas ta’ ilma.