F’din is-sessjoni organizzata minn Malta Libraries ser ikollna l-opportunità li niddiskutu mal-espert Joseph Schirò, kollettur u konservatur tal-mapep kif ukoll president tal-Malta Map Society. Waqt li naraw uħud mill-aktar mapep partikolari fil-kollezzjoni tal-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, ser nitgħallmu dwar kif inhi mqassma l-Belt Valletta billi nikkonsultaw mappa interattiva tagħha u min għandu xi mappa għal qalbu hu mitlub iġibha miegħu ħalli nistudjawha flimkien mal-espert!