Matul is-sekli 17 u 18, Malta kienet post kożmopolitan, li fih kienu jiltaqgħu kavallieri, kummerċjanti u pellegrini mill-Ewropa kollha. Malta kienet involuta wkoll fil-piraterija tal-Mediterran. Prof Carmen Depasquale u Prof Patricia Micallef se jitkellmu dwar kif is-sbuħija u l-miżerja ta’ Malta laqtu lill-viżitaturi Ewropej. Dominique Lanni se jistedinhom jitkellmu wkoll dwar l-impressjonijiet li l-Maltin ħallew fuq dawn il-viżitaturi.