L-edizzjoni 2014 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ġiet imtella’ għal darba oħra fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Belt Valletta bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bi programm mimli attivitajiet li għalih attendew numru rekord ta’ nies.

Bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Franciza, kellna għat-tieni sena konsekuttiva l-parteċipazzjoni tal-ħanut tal-kotba minn Pariġi ‘La Boucherie’ u għall-ewwel darba kellna preżenti numru ta’ kittieba u pubblikaturi Sqallin grazzi għall-Istitut Kulturali Taljan. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena kellhu l-unur iniedi diversi attivitajiet importanti fosthom intervista informattiva u mirquma mal-awtur ċelebri, ġurnalista, kittieb, u biografu Franċiż, Pierre Assouline u sensiela sabiħa ta’ preżentazzjonijiet ta’ kotba mill-aħjar kittieba u pubblikaturi Sqallin.

L-attivitajiet sussidjati mill-KNK li ġew mtella’ minn diversi esebituri kienu ta’ suċċess u offrew tassew esperjenza kulturali għall-persuni ta’ kull eta. Kif is-soltu isir, matul il-ġimgħa filgħodu, għall-Festival attendew it-tfal tal-iskejjel illi għall-ewwel darba ġew mogħtija ‘voucher’ ta’ €2 għal xiri ta’ ktieb tal-għazla tagħhom. L-istudenti ġew ukoll mogħtija l-opportunita’ li jieħdu sehem f’numru ta’ attivitajiet relatati mal-ktieb mtella’ mid-Drama Unit tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

L-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena tat bidu għall-inizjattivi ġodda fosthom iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju ‘Reading Champions’ lil żewġ studenti minn kull klassi tal-Form 2 mill-iskejjel kollha ta’ Malta għad-dedikazzjoni illi huma urew sabiex itejbu il-qari tagħhom. Din l-attivita’ ġiet imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mall-Aġenzija Nazzjonali għal-Litterizmu u d-Dipartiment tal-Kurrikulu. Inizjattiva oħra kienet l-addattament tan-novella ‘Laqgħa ma’ Mara Morbi’ ta’ Immanuel Mifsud minn Martin Bonnici (Shadeena) li saret b’kollaborazzjonai bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u ONE. Fl-aħħar jum tal-festival kien hemm ukoll iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet lir-rebbieħa tal-Konkors Letteratura għaz-Zgħazagħ 2013, organnizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ.

Grazzi għall-APS Bank li għal din is-sena appoġġjaw dan il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bis-somma sabiħa ta’ €3,500.

 

 

 

Ħadu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb:

 

AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ/KLABB KAFE

AHMADIJA MUSLIM JAMAAT MALTA

BOOK DISTRIBUTORS LTD (BDL)

BOOKENDS

BOOKMARK

BRONK PRODUCTIONS

NATIONS FOR CHRIST

CLIOBOOKS

DEER PUBLICATIONS

DOM COMMUNICATIONS LTD

FARAXA PUBLISHING

FRANNY JO/VERSAGĦTINI

FRIENDS OF THE NATIONAL ARCHIVES

GĦAQDA POETI MALTIN

GĦAQDA TAL-MALTI UNIVERSITÁ

HERITAGE MALTA

HORIZONS

IREAD COMPANY

KITE GROUP LTD

KOTBA ARGO

FRENCH EMBASSY/’LA BOCCHERIE’ BOOKSHOP

ISTITUTO ITALIANO DI CULTURA

MALTA EVANGELICAL LIBRARY

MALTA UNION OF TEACHERS

MELI BOOKSHOP 

MELLIEĦA LOCAL COUNCIL

MERLIN LIBRARY

MERLIN PUBLISHERS LTD

PAULINE BOOKS AND MEDIA

SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS)

SIERRA BOOK DISTRIBUTORS

THE MALTA COMMUNITY CHEST FUND

UPTREND PUBLISHING

WISE OWL PUBLICATIONS

WISE OWL BOOKSHOP/BARGAIN BOX

 

Pubblikaturi Sqallin

 

AULINO EDITORE

BONFIRARRO EDITORE

CAVALLOTTO LIBRERIE

EDIZIONI EPSIL

LIBRIDINE

EDIZIONI LUSSOGRAFICA

LOMBARDI EDITORI

GIUSEPPE MAIMONE EDITORE

MORRONE EDITORE

EMMANUELE ROMEO EDITORE

VERBAVOLANT EDIZIONI

 

 

IMG_1681 IMG_1676 IMG_1674 IMG_1660 IMG_1609 IMG_1592 IMG_1529 IMG_1430 IMG_1476 IMG_1531 IMG_1534 IMG_1486 IMG_1511 IMG_1541 IMG_1546 IMG_1551 IMG_1513 IMG_1524 IMG_1413 IMG_1394 IMG_1382 IMG_1373 IMG_1363 IMG_1362  IMG_1267 IMG_1280  IMG_1332 IMG_1350


Share Article