Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – edizzjoni virtwali huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u se jittella’ online mill-11-15 ta’ Novembru.
Il-preparamenti bdew ġmielhom u l-programm tal-attivitajiet jinħareġ f’Settembru.
L-imsieħba fl-industrija tal-kotba u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna biex isegwu s-sit uffiċjali u
Websajt u l- l-paġna tal-Facebook tagħna għal aktar aġġornamenti
L-istorja tal-FNK
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 40,000 persuna u jipparteċipaw aktar minn 40 eżebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.
L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein u l-Imħallef Rosemarie Aquilina.
Iż-żjara
Ħinijiet tal-ftuħ: L-Erbgħa 11 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ħamis 12 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 22:00 Is-Sibt 14 ta’ Novembru: 09:30 – 22:30 Il-Ħadd 15 ta’ Novembru: 08:30 – 20:00
Mingħajr dħul
Ċentru tal-Konferenzi Mediterranji (MCC), Triq l-Isptar, Valletta, VLT 1645
Programm għat-tfal tal-iskejjel
WL-għodwiet ta’ fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għall-attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskejjel. Studenti u għalliema jistgħu jistennew programm addattat għat-tfal, li jinkludi teatru, qari animat u laqgħat mal-kittieba.
Kull sena tim professjonali ta’ atturi jadatta kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-sena ta’ qabel apposta għall-età tal-istudenti.
Din is-sena
l-attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel se jiġu trażmessi online – l-iskejjel interessati li jipparteċipaw huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom bħal ma’ għamlu f’edizzjonijiet preċedenti. Segwi dan l-ispazju għal aktar aġġornamenti. Websajt u l-paġna tal-Facebook tagħna għal aktar aġġornamenti
Eżebituri
L-applikazzjonijiet għall-pubblikaturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni virtwali tal-Festival issa fetħu. Niżżel l-applikazzjoni aġġornata minn hawn u qabel tibgħatha kun ċert li qrajt sewwa l-istruzzjonijiet.
L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew sew u jinthemżu f’email lil Michael Mercieca (michael.mercieca@gov.mt) jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li jidher hawn, sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Awwissu 2020 f’nofsinhar (12pm): Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Il-Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. Joseph J. Mangion, Il-Furjana, FRN 1800, MALTA.
Is-Sacra Infermeria u La Valette Halls se jkunu qed jospitaw pubblikaturi, NGOs u libreriji, kif ukoll bejjiegħa tal-kotba u ħwienet tal-kotba.
Għall-familji
Id-dettalji dwar xows għall-familji waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali joħorġu aktar tard.
Skema ta’ promozzjoni għall-eżebituri
Din is-sena l-eżebituri għandhom iċ-ċans li japplikaw għal sussidju fuq il-miżata għall-istand tagħhom jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali. Il-Formola tal-applikazzjoni għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri u r-regolamenti tista’ titniżżel minn hawnhekk..
EDIZZJONIJIET IMGĦODDIJA The 2019 Malta Book Festival
Ara hawnhekk il-programm uffiċjali tal-avvenimenti kollha tal-FNK 2019 (verżjoni għall-mowbajl) li kien jinkludi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari ta’ poeżija, laqgħat mal-awturi, konferenzi u seminars.
Il-Festival beda l-Erbgħa filgħaxija b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. Ipparteċipaw Loranne Vella, ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 bir-rumanz Rokit (Merlin Publishers), il-kittieb imwieled Malta Jon Courtenay Grimwood, Kali Wallace u Dave Rudden.
Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-On. Imħallef Rosemarie Aquilina, li serqet ix-xena internazzjonali fl-2018 meta ppresediet il-każ ta’ Larry Nassar, u bagħtitu 175 sena ħabs minħabba abbużi sesswali. Minn dakinhar l-Imħallef Aquilina saret wieħed mis-simboli tal-moviment #MeToo.
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-programm kulturali tal-FNK 2018 kellu aktar minn 80 attività bejn tnedijiet ta’ kotba, qari, laqgħat mal-awturi, seminars u konferenzi. Bħala avveniment li fforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Festival ingħata s-sostenn sħiħ tal-Gvern.
Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-awtriċi u attivista ta’ fama internazzjonali Naomi Klein, li kienet intervistata mill-ġurnalist lokali Matthew Vella. Klein hi l-awtriċi tal-ktieb The Shock Doctrine, li kiser rekords ta’ bejgħ fid-dinja u li fih Klein titkellem dwar dak li ssejjaħlu ‘kapitaliżmu tad-diżastri’. Il-ktieb qawwa l-prominenza ta’ Klein, bin-New Yorker jgħid li Klein hi l-aktar figura viżibbli u influwenti fix-xellug Amerikan.
Il-Programm ta’ Attivitajiet Kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-formola ta’ risponsgħaż-żjajjar tal-iskejjel fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018. The 2017 Malta Book Festival
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 50,000 persuna u jipparteċipaw aktar minn 50 eżebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u se jittella’ mit-23-27 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali.
Informazzjoni
Kif Tasal
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jassigura li minbarra parkeġġ spazjuż fid-daħla tal-MFCC fl-Entratura Nord tal-MFCC għal dawk li jiġu bil-karozzi, kulħadd jista’ jasal sal-Festival permezz tat-trasport pubbliku, grazzi għal aktar rotot ta’ tal-linja offruti mill-Malta Public Transport.
Animazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
Mistiedna Speċjali
Il-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huma John Boyne, Joe Sacco u Gattaldo.
Se jkun hemm ukoll poddata live ma’ Jon Mallia!
Kompetizzjonijiet
Bil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ✨ wara l-bieb, qed nagħtu ċans lil qarrejja primi biex jirbħu premijiet sbieħ – Għal aktar informazzjoni iklikja hawn.
👉 IMP: Imla dil-formola: https://forms.gle/Agmhfw5JC5QMxZYv9
Ir-rebbieħ jista’ jiġbor il-premju waqt 📚 il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li dis-sena se jsir bejn it-23 u s-27 ta’ Novembru fl-MFCC, Ta’ Qali!
Għall-familji u attivitajiet għat-tfal
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb joffri ħarġa sabiħa għall-familja kollha, u din is-sena se jerġa’ jkun magħna.
Matul it-tmiem il-ġimgħa, (is-Sibt, 26 sal-Ħadd, 27 ta’ Novembru), se nkunu qed intellgħu diversi spetakkli għall-familja kollha – segwu l-pubblikazzjoni tal-programm għal aktar dettalji.
Programm għat-tfal tal-iskejjel
Iż-żjarat tal-iskejjel fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jerġgħu jkunu magħna, u bil-kbir! Matul dawn l-aħħar xhur ikkuntattjajna lill-iskejjel biex nistednuhom iżuru l-Festival flimkien mal-istudenti tagħhom u jgawdu l-ispettakli maħluqin għalihom minn ŻiguŻajg. Dan minbarra l-opportunità li jduru l-ixkafef tal-kotba tal-ħafna esebituri li se jkunu qed jistennewhom.
L-ispettakli ta’ nhar l-Erbgħa, 23 u tal-Ħamis, 24 ta’ Novembru se jkunu bil-Malti, u se jkunu ispirati mill-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka. Se jkun hemm spettakli differenti f’ħinijiet differenti skont l-etajiet tal-istudenti. L-ispettakli ta’ nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru se jkunu bl-Ingliż u se jkollhom mistiedna speċjali. L-istudenti kollha rreġistrati mill-iskejjel rispettivi tagħhom se jingħataw voucher ta’ €5 li jissarraf għand wieħed mill-esebituri tal-Festival.
Iż-żjarat tal-iskejjel huma b’xejn, imma l-iskejjel jeħtieġu li jibbukkjaw iż-żjarat tagħhom bil-quddiem.
L-istorja tal-FNK
L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein, l-Imħallef Rosemarie Aquilina u Sir Salman Rushdie.
Programm
Skopri l-Programm ta’ din is-sena mimli bi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, laqgħat mal-awturi u mistednin internzzjonali, gruppi ta’ ħidma, diskussjonijiet tematiċi, kif ukoll damma ta’ attivitajiet għat-tfal u l-istudenti.
Tista’ tniżżel il-programm PDF biex tarah fuq desktop jew mowbajl.
Id-dħul għall-avvenimenti kollha huwa b’xejn iżda xi wħud jeħtieġu reġistrazzjoni minn qabel – iċċekkja d-dettalji tal-avvenimenti għal aktar informazzjoni.
L-Erbgħa u l-Ħamis 9-1pm and 5-9pm
Il-Ġimgħa 9-1pm and 5-10pm
Is-Sibt 9:30am-10pm
Il-Ħadd 9:30am-8pm
L-esibizzjoni From Illustration to Book
Fil-qalba ta’ dan il-Festival, flimkien mal-istands tal-esebituri, grazzi għall-kollaborazzjoni bejn il-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti se jkun hemm l-esibizzjoni From Illustration to Book.
Sensory-Friendly Room
Din il-kamra mmexxija mill-Fondazzjoni Inspire. Jingħata biss aċċess lil tfal akkumpanjati minn ġenituri jew edukaturi.
Eżebituri
Click here to find out who are the exhibitors of the 2020 Malta Book Festival.
L-applikazzjonijiet għall-eżebituri li jixtiequ jipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 huma miftuħa bejn l-24 ta’ Mejju u l-24 ta’ Ġunju.
L-eżebituri huma mħeġġa jaqraw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha qabel japplikaw.
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-formola onlajn hawn, jew billi tniżżel u timla l-formola tal-applikazzjoni .pdf u tibgħatha bil-posta lil:
National Book Council
Bice Mizzi Vassallo Complex
Arnheim Road
Pembroke PBK1776
MALTA
Skema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri
L-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri toffri sussidju fuq il-miżata għall-istand tal-eżebituri jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali u l-midja soċjali.
Għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022, l-eżebituri jistgħu jitolbu rifużjoni sħiħa jew parzjali (minimu ta’ 50%) fuq il-ħlas tal-applikazzjoni tagħhom jekk jagħżlu li jirreġistraw għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri. L-eżebituri jistgħu jaqraw it-termini tal-iskema u jirreġistraw permezz tal-istess formoli tal-applikazzjoni hawn fuq.