Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku jiftaħ għall-applikazzjonijiet mis-17 ta’ Mejju sat-30 t’Awwissu 2021
L-għan tal-Fond huwa li jkompli jippromwovi x-xogħlijiet letterarji Maltin billi jappoġġja l-produzzjoni ta’ adattament ċinematografiku ta’ rumanz rebbieħ, jew finalist, tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond jindirizza l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett rebbieħ wieħed, b’allokazzjoni finanzjarja massima ta’ € 200,000. Il-fond jingħata skont id-deċiżjoni ta’ bord ta’ aġġudikanti indipendenti. L-ewwel sejħa għall-applikazzjonijiet fetħet f’Lulju 2019.
Min jista’ japplika?
Il-KNK qed jilqa’ applikazzjonijiet minn kumpaniji ta’ produzzjonijiet awdjoviżivi b’esperjenza f’diversi forom ta’ produzzjoni tal-films. Kumpaniji tal-produzzjoni awdjoviżivi li japplikaw għall-Fond għandhom ikunu rreġistrati bħala tali f’Malta jew fl-Ewropa, u tal-inqas waħda mill-produtturi, il-kittieba, jew id-diretturi għandhom ikunu ċittadini Maltin jew għandhom status ta’ residenza permanenti f’Malta.
L-applikanti interessati li jadattaw rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb irid ikollhom id-drittijiet li jadattaw ir-rumanz, jipproduċu u jidistribwixxu l-film, bi ftehim ta’ għażla mal-awtur jew min għandu d-drittijiet ta’ l-awtur għal perjodu minimu ta’ 30 xahar, qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom.
Regolamenti
Il- KNK se jikkunsidra biss applikazzjonijiet għal adattamenti f’films (80 minuta jew iktar) ta’ xogħlijiet rebbieħa jew finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kategorija tar-Rumanz, minn kemm ilu li beda l-Premju (jiġifieri mill-edizzjoni tal-1971).
L-applikazzjonijiet jiġu riveduti għall-eliġibilità qabel ma jiġu mgħoddija lil bord indipendenti tal-aġġudikatura li jiddeċidi fuq lista ta’ applikanti finalisti. Dawn se jkunu mistiedna jippreżentaw il-proġett propost tagħhom lill-bord tal-aġġudikatura li se jkunu qed jagħżlu proġett wieħed biex jingħata l-fond tal-produzzjoni. Il-benefiċjarju se jkun meħtieġ li jidħol fi ftehim kuntrattwali mal-KNK sa Diċembru 2021, u mistenni li jgħaddi verżjoni finali tal-film lill-KNK fl-2023. Ir-Regolamenti kollha u l-Kriterji tal-valutazzjoni jinsabu miġbura fil-Linji Gwida għall-applikanti.
Dati ewlenin
Kif tapplika
Applika billi tissottometti 4 kopji stampati tal-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa l-oħra lil Michael Mercieca sat-30 ta’ Awwissu 2021, bil-posta jew personalment fuq dan l-indirizz: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph Mangion, il-Furjana, FRN 1800.
Il-Linji Gwida fihom informazzjoni biex tiggwidak bl-applikazzjoni tiegħek, inklużi r-Regolamenti Ġenerali u l-Kriterji ta’ valutazzjoni. Jekk jogħġbok kun żgur li taqrahom b’attenzjoni, inklużi l-Annessi.
Ikkuntattjana
Jekk għandek xi dubji dwar l-eliġibilità jew il-mili tal-applikazzjoni tiegħek, nirrakkomandawlek li tikkuntattjana qabel tissottometti l-applikazzjoni tiegħek.
Għal aktar informazzjoni jew kjarifiki tista’ tibgħat email lill-amministraturi tal-KNK jew ċempel fuq +35627131574.
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi