Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-pjaċir jikkollabora mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li tagħmel parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni fuq il-programm ‘Aqra kemm tiflaħ’ – programm maħsub għall-ewwel snin tal-edukazzjoni primarja. F’din l-ewwel fażi tal-programm il-KNK xtara b’madwar €15,000 f’kotba li qed jitqassmu bejn 19-il skola. Kull klassi mill-ewwel sat-tielet sena qed tingħata mhux anqas minn 100 ktieb ta’ kwalità għal-librerija tal-klassi. Dawn il-kotba huma kemm fittizji kif ukoll ta’ informazzjoni bil-Malti u bl-Ingliż. Kull ktieb għandu tabella żgħira li turi l-livell tiegħu skont il-lingwa u l-kontenut tiegħu. Inħolqu wkoll għarbiela tal-qari sabiex jgħinu lill-għalliema jsibu l-livell tal-qari tat-tifel jew it-tifla tagħhom. Inħadmu wkoll 500 riżorsa għal qabel, waqt u wara l-qari għall-użu tat-tfal, l-għalliema, l-LSAs u l-ġenituri. L-iskop ta’ dawn ir-riżorsi huwa l-qari jintwera bħala esperjenza sabiħa, divertenti u ta’ ġid għall-iżvilupp sħiħ tat-tfal.

Preżenti għall-preżentazzjoni ta’ dawn il-kotba fl-iskola Primarja Żabbar B, Kulleġġ ta’ Santa Margerita – fis-27 ta’ April, 2015 – kien hemm: is-Sur Joseph Caruana, Segretarju Permanenti tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni; is-Sa. McNamara, Principal tal-Kulleġġ; is-Sur David Muscat, Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu; is-Sur Mark Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb; l-ambaxxturi tal-qari s-Sur Xandru Grech u is-Sa. Antonia Micallef u l-kapijiet tal-iskejjel: Zabbar A, Zabbar B, Kalkara u Isla.

 

IMG_1356 IMG_1355 IMG_1352 IMG_1351 IMG_1350 IMG_1346 IMG_1343 IMG_1335 IMG_1332 IMG_1328 IMG_1324 IMG_1323 IMG_1322 IMG_1320.


Share Article