F’konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar, 2015 fil-kwartieri tal-PBS fi Gwardamanġa, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri, u ċ-Chairman tal-PBS, is-Sur Tonio Portughese, iffirmaw memorandum fejn ftiehmu li jniedu l-Konkors għal Films Qosra – proġett ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fi sforz biex lokalment tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-letteratura u l-qasam tal-films/televiżjoni, li minnha jgawdu t-tnejn. Preżenti għall-okkażjoni kien hemm l-Onor. Ministru Owen Bonnici.

 

Wara s-suċċess tal-kollaborazzjoni tas-sena li għaddiet bejn il-Kunsill u ONE, fejn il-kumpanija Shadeena pproduċiet film qasir imsejjes fuq in-novella ‘Laqgħa ma’ Mara Morbi’ ta’ Immanuel Mifsud li ntwera għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-2014 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Kunsill u l-PBS waslu fi ftehim biex jgħaqqdu l-isforzi tagħhom u jniedu din l-inizjattiva kulturali li maż-żmien se twassal aktar testi ta’ kwalità lejn l-iskrins tagħna.

 

F’dan il-konkors jiġu aċċettati proposti biex ikunu ffinanzjati films qosra msejsa fuq novelli jew kotba ppubblikati lokalment. Il-fondi għall-proposta magħżula jinħarġu wara proċedura rigoruża u uffiċjali ta’ aġġudikazzjoni. L-applikazzjonijiet, flimkien mar-regolamenti, diġà nħarġu uffiċjalment u l-produtturi u d-diretturi huma mħeġġa biex japplikaw.

 

Niżżel il Kriterji minn din il-ħolqa: KRITERJI

Niżżel Formola tal-Applikazzjoni minn dil-ħolqa: FORMOLA TA APPLIKAZZJONI

 

IMG_2075 IMG_2074 IMG_2069


Share Article