“Min ma jħobbx iċaflas?

Tista’ ċċaflas fl-ilma tax-xita u tista’ ċċaflas fil-baħar,

imma Imeldina ssib tarf

iċċaflas kullimkien!

U tibqa’ tibqa’ sakemm …”

Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries organizza attività oħra għat-tfal – sessjoni ta’ qari animat minn Sandra Hili Vassallo, l-awtriċi tal-ktieb illustrat “Imeldina” ( Merlin Publishers, il-pubblikaturi tal-ktieb kienu armati bil-kotba għall-bejgħ il-post) fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana.

 

IMG_1982 IMG_1979 imeldina IMG_1983.


Share Article