
Is-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni 2019 minn hawnhekk.
Niżżel kopja tal-Kriterji 2019 minn hawnhekk.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi s-sejħa għall-applikazzjoni biex tintgħażel kumpanija ta’ produzzjonijiet awdjoviżivi biex tipproduċi sensiela ta’ dokudrama magħmula minn tmien episodji. It-tema għandha tkun il-Letteratura Maltija, li l-proġett se jkun qed jimmira li jippromwoviha billi joħloq relazzjoni kollaborattiva bejn il-letteratura u l-produzzjoni tal-films fl-addattamenti letterarji. Kull episodju għandu jiffoka fuq awtur u x-xogħlijiet tiegħu jew tagħha, u jiddrammatizzah filwaqt li jqiegħdu f’kuntest artistiku.
L-awturi li jidhru fl-episodju jridu jkunu rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-aħħar ħames edizzjonijiet (2013-2018), u kull episodju għandu wkoll ikollu intervista mal-awtur magħżul għall-episodju.
Biex japplikaw il-kandidati prospettivi jridu jissottomettu l-pjan tal-proġett, li jinkludi rendikont finanzjarju u ittra ta’ intenzjoni li tiddeskrivi l-proposta u l-għażla tal-awturi proposti.
Il-kumpaniji li se japplikaw mistenni li jkollhom diġà esperienza fi produzzjonijiet awdjoviżivi, u tingħata preferenza lil kumpaniji li pproduċew films letterarji jew films ibbażati fuq il-letteratura. It-tim magħżul se jkun responsabbli għat-tlestija tad-dokudrama, inkluż l-iżvilupp u x-xogħol ta’ wara l-produzzjoni, u jrid jagħti kopja kompluta tal-proġett lill-KNK qabel il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru tal-2019.
Il-proposta li tintgħażel tirċievi €10,000 għal kull episodju f’fondi mill-KNK, li għandhom ikopru spejjeż ta’ dawl, loġistika, dettalji tekniċi u l-kwota mitluba mill-awtur (din tal-aħħar trid tiġi allokata lill-awtur ta’ kull episodju bħala parti mill-fondi allokati għal kull episodju, bħala kumpens għall-parteċipazzjoni tal-awtur fil-film u talli intuża x-xogħol tiegħu/tagħha).
Is-sensiela tad-dokudrama tixxandar fuq stazzjon ewlieni tat-TV, u d-drittijiet tal-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni tad-dokudrama jinżammu esklussivament mill-KNK. Matul il-perjodu tal-produzzjoni, it-tim irid iżomm kuntatt mal-KNK biex ikun żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-kriterji u r-regoli tal-applikazzjoni.
Applika billi tibgħat 4 kopji tal-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa bil-posta lil Michael Mercieca sat-30 ta’ Marzu 2019 f’dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Librerija Ċentrali Pubblika, Triq Joseph Mangion, il-Furjana, FRN 1800.
Għal aktar informazzjoni jew kjarifikazzjonijiet ibgħat imejl lil Michael Mercieca fuq michael.mercieca@gov.mt
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi