Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018-19 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2018-19 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament, minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu li jappoġġja proġetti sinjifikattivi kulturalment li jeħtieġu finanzjament sabiex jitwettqu. Anki minħabba l-ammont ta’ sottomissjonijiet ta’ valur f’din l-edizzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb, l-aġġudikaturi ħadu ħsieb li jikkunsidraw ukoll il-valur ta’ kull proġett u, wara analiżi tar-rendikont finanzjarju mehmuż mal-applikazzjoni, allokaw il-fondi b’mod parzjali tali mod li jkunu biżżejjed biex il-pubblikazzjoni sseħħ jew b’mod sħiħ jew parti minnha.

Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn tliet aġġudikaturi – Mr Mario Ellul, Mr Andrei Vella Laurenti u Mr Charles Calleja. Ir-rapport tagħhom, bil-lista tar-rebbieħa, ir-rakkomandazzjonijiet għal dawk li ma rnexxilhomx jiksbu l-fondi, u l-kummenti tal-bord se jintbagħat lill-applikanti kollha fil-jiem li ġejjin. Tajjeb jiġi enfasizzat li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.

Wara l-proċess tal-għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-KNK se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa biex jiffirmaw il-kuntratti, jingħadda lilhom il-fond, u jsir il-ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett.

Dawn li ġejjin huma l-proġetti rebbieħa, li did-darba huma kollha proġetti li applikaw għall-fond tal-publikazzjoni.

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Mintoff (1916-2012) – Biography (EN) ta’ Mark Montebello
Applikant: Joseph Borg
Għotja: € 5,000.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: It-traduzzjoni ta’ The Diary of Anne Frank
Applikant: Joanne Micallef
Għotja: € 4,000.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: It-traduzzjoni għall-Ingliż ta’ Aenesidemus Vol. 1
Applikant: John Grech
Għotja: € 4,000.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20
Applikant: Janice Caruana
Għotja: € 4,000.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: No Man’s Land: A journey around Marsamxett and the Grand Harbour
Applikant: Kristina Borg
Għotja: € 4,000

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Bil-Bieb Mitbuq – traduzzjoni ta’ Huis Clos
Applikant: Kevin Saliba
Għotja: € 3,500

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Għaliex Commedia? Għaliex Malta?
Applikant: Narcy Calamatta
Għotja: € 3,000.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Rakkont dwar tfal fi djar tat-tfal
Applikant: Sandra Hili Vassallo
Għotja: € 2,500.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Appuntamenti / Repubblika Immakulata – Żewġ Drammi
Applikant: Simone Spiteri
Għotja: € 2,500.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Beltin: Stejjer minn Nies Minsija
Applikant: Christopher Gruppetta
Għotja: € 2,500.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Quest for the Maltese Żaqq: The last of the old bagpipers
Applikant: Joseph Mizzi
Għotja: € 2,000.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: L-Ispettur Bonnici – Triloġija ta’ Dramm
Applikant: Joseph Mizzi
Għotja: € 2,000.00

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Imħabba ta’ Swann – traduzzjoni ta’ Un Amour de Swann
Applikant: Paul Zahra
Għotja: € 1,000.00

Il-KNK jixtieq jirringrazzja lill-aġġudikaturi msemmija hawn fuq, kif ukoll lill-awturi, il-pubblikaturi u l-edituri li ppreżentaw proġetti għal dan il-fond.

 


Share Article