B’kollaborazzjoni ma’ Librebook – Bruxelles, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-preżenza fi Brussel ta’ żewġ kittieba Maltin u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Lou Drofenik u Loranne Vella, għal serje ta’ laqgħat mall-kittieba, qari, u diskussjonijiet dwar xogħolhom u l-kitba Maltija.

Fis-16 u d-19 ta’ Marzu, iċ-ċentru letterarju Librebook se jkun qed jilqa’ lill-kittieba Maltin bħala parti mill-Maltese Literature Nights, it-tielet f’sensiela ta’ attivitajiet simili mħejjija mill-KNK. L-awtriċi Maltija-Awstraljana Lou Drofenik se tippreżenta l-aħħar rumanzi tagħha, li jinkludu ‘Love in the Time of the Inquisition’ (Horizons, 2017), ‘The Reluctant Healer’ (Horizons, 2018), u ‘The Confectioner’s Daughter’ (Horizons, 2016), rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2017. L-attività tibda fit-15:00, is-Sibt 16 ta’ Marzu.

 

Loranne Vella hija kittieba Maltija residenti Brussel u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018 bir-rumanz tagħha ‘Rokit’ (Merlin Publishers, 2018). Se tkun qiegħda taqra estratti minn kitbietha meħudin ukoll minn traduzzjonijiet ta’ xogħolha għal Ingliż. Fl-2016 Loranne irċiviet ukoll il-Premju Terramaxka għat-traduzzjoni ta’ ‘Violeta’, Abril Calero (‘Vjoletta’, Merlin Publishers, 2015). L-attività tibda The event fis-19:00, it-Tlieta 19 ta’ Marzu.

 

 


Share Article