Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku li, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bibljotekonomija, l-Arkivistika u x-Xjenzi ta’ l-Għarfien fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Bibljotekarji (MaLIA), ser titħejja konferenza ta’ ġurnata bit-tema ta’ kotba u litteriżmu fil-passat, il-preżent u l-futur (Books and Literacy:  Yesterday, Today and Tomorrow) bħala parti mill-attivitajiet imħejja għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. Kif jimplika t-titlu, il-konferenza ser tiffoka fuq kif il-kotba u l-litteriżmu jirrelataw ma xulxin fil-kuntest tal-iżvilupp storiku tal-pubblikazzjoni. B’mod partikolari, ser tesplora kif id-definizzjoni ta’ litteriżmu twessgħet fl-era tal-kibernetika biex tinkludi litteriżmu diġitali, viżwali u teknoloġiku.

Il-konferenza għandha l-għan li tilħaq pubblikaturi, edukaturi, akkademiċi u kull min iħoss ġibda qawwija għall-kotba u l-għarfien. Ser issaqsi jekk aħniex nagħmlu biżżejjed sabiex ngħinu il-ġenerazzjoni ż-żgħira ssib triqtha qalb il-ħafna uċuħ tal-litteriżmu kumpless ta’ żminijietna. Fid-diskussjoni ser jieħdu sehem kelliema kemm Maltin kif ukoll barranin.

 

ĦIN: IS-SIBT 12 ta’ NOVEMBRU 2016, 9:00 – 18:00

LINGWA: INGLIŻ

POST: Sala Temi Zammit, MCC, Belt Valletta

GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI: michelle.grima-duca@gov.mt

PAĠNA FUQ FACEBOOK: https://www.facebook.com/events/1139434279436117/1145126225533589/?notif_t=like&notif_id=1472455769017628

 

IRREĠISTRA HAWN: https://goo.gl/forms/qmbAdgIpgGcSMS9f1

 

fiona-courage mbf2016_roundel-mt milena


Share Article