Qari minn Charles Casha fil-LPĊ

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-istaff tal-Librerija Pubblika Ċentrali laqa’ bi ħġaru grupp ta’ tfal  mill-Aġenzija Appoġġ (Servizz fil-Komunita’ tal-Qawra) għal attivita ta’ qari ta’ stejjer fil-Junior Section tal-Librerija Pubblika Ċentrali. Wara il-qari, t-tfal kellhom sessjoni Q&A ma’ l-awtur Charles Casha kif wkoll iffirmar tal-kotba. Kotba kemm bl-Ingliż kif wkoll bil-Malti...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba – Librerija tal-Junior College

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ta donazzjoni kbira ta’ kotba bil-Franċiż u bit-Taljan lil-librerija tal-Kulleġġ G.F Abela. Preżenti għal din id-donazzjoni kien hemm il-viċi-prinċipal Dr. Philip Caruana; Kevin J. Ellul, direttur tas-Servizzi tal-Libreriji; Mark Poulton, librar; Margaret Gilson, kap tad-Dipartiment tal-Franċiż u Melissa Galea u Joelyn Galea, assistenti librara. Mill-KNK...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba – Skola Primarja Belt Valletta

Fil-preżenza tas-Surmast is-Sur Bernard Riolo, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, is-Sur James Camilleri u numru ta’ għalliema ta’ l-istess skola, ċ-chairman eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri flimkien mas-segretarju is-Sur Joseph Debattista ppreżentaw donazzjoni ta’ kotba ġmielha lill-Iskola Primarja tal-Belt Valletta. Iċ-ċerimonja qasira seħħet fil-kamra biswit il-kappella tal-iskola li...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lill-LPĊ waqt ‘Library Day 2014’

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kif preżenta donazzjoni ta’ kotba sostanzjali li tammonta għal €7,000 lill-Librerija Pubblika Ċentrali, Floriana waqt l-avvenimenti ta’ Library Day. Dawn il-kotba, fil-maġġor parti tagħhom Melitensia, ser jitqassmu mal-libreriji ta’ Malta u Għawdex f’qasir żmien. Preżenti għall-preżentazzjoni kien hemm is-Sinj. Cheryl Falzon f’isem il-Librerija Pubblika Ċentrali ,...

Kompli qari

Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-5 ta’ Diċembru 2014 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Prim Ministru u taċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, kien hemm il-finalisti kollha flimkien ma mistiedna speċjali.   Ir-Rebbieħa għal kull kategorija...

Kompli qari