
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar premju letterarju prestiġġjuż li jingħata lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħlijiet ippubblikati lokalment is-sena ta’ qabel.
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 għall-kotba ppubblikati fl-2017 se jiġi ċċelebrat nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru fil-Berġa ta’ Kastilja f’ċerimonja privata. Minn total ta’ 25 finalist f’erba’ kategoriji, tneħħi l-kategoriji tad-drama, in-novelli u t-traduzzjonijiet li fihom l-ebda xogħol ma kien magħżul, ir-rebbieħa f’kull kategorija se jitħabbru u jkunu mistiedna flimkien mal-pubblikatur tal-ktieb rebbieħ biex jieħdu l-premju. Iċ-ċerimonja se sseħħ taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru.
Il-Premju, li l-istorja tiegħu tmur lura għall-1971, jinkludi seba’ kategoriji b’kollox. Jinkludi wkoll premjijiet speċjali ta’ rikonoxximent, bħall-premju prestiġġjuż għal Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba u l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Il-Premju Terramaxka, li ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tiegħu ġiet iċċelebrata f’avveniment magħluq f’Dar il-Mediterran nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru, jippremja kotba għal tfal u adulti żgħar, filwaqt li l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa aktar orjentat lejn l-adulti bil-kategoriji ta’ poeżija, drama, traduzzjoni, riċerka bijografika u storjografika, u riċerka ġenerali.
Il-kotba finalisti fil-kategoriji kollha kienu kienu numerużi mhux ħażin din is-sena, b’mod partikolari l-kategorija tar-rumanzi u ż-żewġ kategoriji ta’ riċerka. Il-lista tal-finalisti tal-Premju 2018 ħarġet aktar kmieni din is-sena, f’Awwissu, u membri tal-pubbliku huma mħeġġa biex jaqraw b’attenzjoni din il-lista bħala indikatur ta’ min joqgħod fuqu tal-aħjar letteratura ppubblikata fl-2017.
Ir-riżultati se jitħabbru minnufih wara ċ-ċerimonja nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru bi stqarrija stampa li tiġi ppubblikata fuq il-websajt u l-FB tal-KNK, kif ukoll fil-gazzetti lokali.
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2020 – Il-finalisti
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2020 – il-lista tal-kotba
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka – jiftħu l-applikazzjonijiet
- Alfred Sant: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura u l-Kotba 2019
- Kjarifika dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Tittella' ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 jitħabbru għada
- AĠĠORNAMENT: Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 – Titħabbar id-data
- Titħassar iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 – Titħabbar id-data
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019
- Sorpriżi u xejriet ġodda: Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019 – il-lista tal-kotba
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019 – jiftħu l-applikazzjonijiet
- Lillian Sciberras: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba 2018
- L-Għoti ta’ Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 jitħabbru għada
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż
- Mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Lou Drofenik u Victor Fenech
- Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka - applikazzjonijiet
- L-Għoti ta' Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka
- Toħroġ il-Lista tal-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka 2017
- Jibda l-Proċess tal-Aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
- Il-Qofol tal-London Book Fair 2017 għal Malta
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Malta fil-Festival New Literature from Europe NY
- Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016
- FINALISTI TAL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2016 u PREMJU TERRAMAXKA 2016
- L-Istorja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
- Parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka 2016
- Notifika // Fetaħ il-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 (Kotba 2015)
- Rapport Annwali 2015
- Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Imħabbra ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015
- Parteċipanti tal-Premju Terramaxka 2015
- Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Premju Terramaxka 2015: l-Premju Nazzjonali ta' Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti
- Lista ta’ parteċipanti tal-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2015 u PREMJU TERRAMAXKA 2015
- Ħarġu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Donazzjoni ta' Kotba Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb lil CPL
- Rapport Annwali 2014
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb - Kotba 2013
- Il-Premju Nazzjonali Tal-Ktieb: KOTBA 2013
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2012