Taħt il-Qoxra: Lawrence Gatt

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lawrence Gatt. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kitba tal-letteratura f’qafas usa’ ta’ attività politika, in-novelli tal-awtur bħala rappreżentazzjoni u l-preservazzjoni tal-karattru Malti, is-sors tad-drama fil-kitbiet tiegħu, l-istil realistiku u r-relazzjoni tiegħu ma’ Ġużè Chetcuti, fost l-oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Lawrence Gatt ġie elett...

Kompli qari

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 – Titħabbar id-data

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (PNK) huwa l-aktar premju letterarju prestiġġjuż li jingħata lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħlijiet ippubblikati lokalment matul is-sena ta’ qabel. Iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019, għall-kotba ppubblikati fl-2018, se tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 9 ta’ Diċembru fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. Dakinhar taċ-ċerimonja jitħabbru...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Clare Vassallo

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’ Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Clare Vassallo. Mal-mistiedna ddiskutejna l-prattika tat-traduzzjoni letterarja u l-kunsiderazzjonijiet li jrid iżomm f’moħħu traduttur tal-letteratura, kemm għandu jitbiegħed mit-test oriġinali jew jekk jeżistix dan il-limitu, dwar il-kitba bl-Ingliż tal-Letteratura Maltija, u dwar testi Maltin li għall-mistiedna ma jistgħux jinqalbu, fost...

Kompli qari

Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK

Ilbieraħ filgħaxija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar ir-riżultati tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku 2019 wara l-premieres tal-film qasir Ġulina (Peter Sant), u episodju mid-dokudrama Storja ta’ Storja (Charlie Cauchi, Martin Bonnici) waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond, imniedi f’Lulju 2019, huwa maħsub biex ikompli jippromwovi xogħlijiet letterarji Maltin bil-produzzjoni ta’ adattament għaċ-ċinema ta’ ktieb...

Kompli qari

Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2019 ittellgħet illum il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-ewwel edizzjoni tal-Konkors għall-poeżija bil-lingwa Maltija tnediet f’Ġunju. Il-Professur Charles Briffa, Dr. Claudine Borg u l-poeta Antoine Cassar iffurmaw parti mill-ġurija. Fl-indirizz tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada!

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li issa stabbilixxa ruħu bħala l-aktar avveniment prestiġġjuż li għandu x’jaqsam mal-kotba f’Malta, se jiftaħ il-bibien tiegħu lill-pubbliku għada l-Erbgħa 6 ta’ Novembru, u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Illejla jkun hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ li tkun tinkludi t-tħabbir tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Terramaxka. Hawn taħt għandkom...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simona Cassano, Matthew Borg u Andrew Ricca, it-tim li pprepara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Mal-mistiedna tkellmet dwar il-ħsieb wara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-importanza tat-tfal u l-familji fit-tfassil tal-programm tal-attivitajiet, il-mistiedna internazzjonali, l-attivitajiet imtellgħin mill-Kunsill f’ħidma mal-eżebituri u msieħba oħra, u l-bqija tal-programm tal-attivitajiet...

Kompli qari

Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb issa stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-akbar avvenimenti kulturali f’Malta relatati mal-kotba u l-qari. B’inqas minn ġimgħa għall-Festival, hawnhekk se ssib informazzjoni utli dwar l-edizzjoni ta’ dis-sena. Il-programm tal-attivitajiet fih aktar minn 90 attività immirati għat-tfal, familji, professjonisti fil-pubblikazzjoni u l-pubbliku ġenerali. Wieħed jista’ jsib tnedijiet u preżentazzjonijiet...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Walid Nabhan

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Walid Nabhan. Mal-mistieden tkellimna dwar il-letteratura bħala mezz biex awtur isir parti mill-istorja ta’ pajjiż, in-natura reċiproka tal-kitba ta’ Nabhan, is-sens t’appartenenza u anku l-ħtieġa tal-ħarba fil-poeżija tiegħu, il-kuntest soċjali, politiku u kulturali tal-letteratura, u x-xogħol ta’ Nabhan fit-traduzzjoni tal-poeta nazzjonali Malti, fost...

Kompli qari

Ħareġ l-20 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam l-għoxrin pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Lulju, 2019 sat-30 ta’ Settembru, 2019.Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Aleks Farrugia

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Aleks Farrugia. Mal-mistieden tkellimna dwar it-tendenzi soċjali fir-rumanz Grasshopper, għaliex l-awtur iġġustifika l-kitba tar-rumanz imsemmi bl-Ingliż meta qal li hi l-aħjar għodda biex biha taqbad iz-zeitgeist ta’ żminijietna, l-idea tat-telf tal-profondità u l-iskejjel tal-Frankfurt School u anke Guy Debord, il-ġurnaliżmu u l-letteratura, l-akbar...

Kompli qari

Il-mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras

Taħt id-direzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed jibqa’ joffri spazju uniku u importanti għal avvenimenti li jiċċelebraw dawk l-awturi li kkontribwixxew jew għadhom qed jikkontribwixxu għat-tisħiħ sinjifikattiv tal-patrimonju letterarju Malti. Fost il-mistiedna ewlenin waqt il-Festival dis-sena l-Kunsill se jkun qed jippreżenta lill-kittieba Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Camilleri

F’dan l-epiosodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Camilleri. Mal-mistieden tkellimna dwar ir-rumanz polizjesk u l-karatteristiċi tiegħu, id-differenzi fini bejn ir-rumanz polizjesk u ġeneri oħra qrib bħar-rumanz thriller, kriminali, ġjallesk jew tal-misteru, il-formula tal-ġeneru u r-riskju li s-suspans jindera u jintilef, it-trasferiment tal-Ispettur Gallo mir-rumanz għal blogg u s-sinjfikanza...

Kompli qari

‘Strange New Worlds’ – il-konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb importanti fis-sena, se jiftaħ għall-pubbliku nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru b’konferenza dwar il-letteratura tal-fantaxjenza bl-isem ‘Strange New Worlds’. Il-konferenza se tkun organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mark-Anthony Fenech, it-traduttur u l-kittieb tar-rumanz epiku bil-Malti It-Tawmaturgu: Il-Ħmura ta’ Filgħaxija (Horizons, 2017), se jkun qed imexxi...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr Maria Brown

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Maria Brown. Mal-mistiedna tkellimna dwar l-edukazzjoni tal-adulti u l-iżvilupp fil-komunitajiet, il-mod kif nanalizzaw il-klassijiet soċjali f’Malta, jekk l-edukazzjoni hix assoċjata żżejjed max-xogħol u l-ekonomija, il-vuċi tal-NGOs f’Malta, ir-Riforma Parlamentari għall-Bilanċ fil-Ġeneru (Gender Balance in Parliament Reform), il-kapitali soċjali u l-irwol tal-lingwa...

Kompli qari

Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb prominenti fil-kalendarju kulturali Malti, se jsir f’Novembru li ġej bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Għal darb’oħra ħafna mill-attivitajiet waqt il-Festival se jkunu mmirati għat-tfal u t-trawwim ta’ kultura ta’ qari sa minn età żgħira. Ħadna ħsieb li dawn l-attivitajiet...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Alfred Buttigieg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alfred Buttigieg. Mal-mistieden tkellimna dwar it-tematiċi differenti f’xogħlu, l-avangardiżmu ta’ Ateatru fit-tmeninijiet, l-influwenza ta’ drammaturgi bħal Samuel Beckett u Harold Pinter, l-esperjenza taċ-ċensura, il-kuntest storiku tad-dramm Ir-Rewwixta tal-Qassisin, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Alfred Buttigieg twieled fl-1956, u beda jippubblika fil-bidu tat-tmeninijiet....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Luke, Peter, Ivan u Greta…il-komik

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mat-tim li pproduċa l-komik Taħt u l-għaqda mhux governattiva Graphic Novel Malta. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Ivan Ellul kiteb episodju għat-teledrama Maltija, u komiks li jesploraw l-avventuri fir-rakkonti popolari Maltin. Peter Magro ħadem fuq diversi produzzjonijiet lokali tal-komiks, u bħalissa huwa l-Viċi-President tal-għaqda...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Salv Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Salv Sammut. Mal-mistieden tkellimna dwar il-portafoll vast tal-kittieb, in-natura lingwistika tal-poeżija u r-realtà tal-ħajja, l-involviment emozzjonali, it-trejdjunjoniżmu u r-razziżmu, fost suġġetti oħra. Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Salv Sammut huwa kittieb u trejdjunjonista attiv. Fil-kitbiet tiegħu hemm element qawwi ta’ osservazzjoni dettaljata...

Kompli qari

Jittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba

Illum l-14 ta’ Settembru ittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba f’Malta, fuq inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Dan kien mument storiku fejn għall-ewwel darba l-kittieba Maltin iltaqgħu bejniethom biex b’mod kollettiv jirrikonoxxu d-drittijiet ekonomiċi tagħhom. B’kollox attendew ‘il fuq minn 65 awtur. L-għan ewlieni ta’ dan il-Kungress kien il-preżentazzjoni taż-żewġ mozzjonijiet...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Paul Bartolo (it-tieni parti)

F’dit-tieni parti tal-intervista, Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Prof. Paul Bartolo. Wara li fl-ewwel parti tkellimna dwar il-kitbiet ta’ Prof. Bartolo li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Malta, did-darba ffukajna aktar fuq il-pubblikazzjonijiet akkademiċi tiegħu relatati mal-psikoloġija tal-edukazzjoni. Fost oħrajn, trattajna l-inklużjoni fil-klassijiet, id-differenzi umani fl-istudenti, id-diffikultà jew in-naturalezza ta’ sistema...

Kompli qari

L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-mistiedna ewlenija għall-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal dis-sena hi l-Imħallef u kittieba Rosemarie Aquilina. Aquilina, bint emigrant Malti u emigranta Ġermaniża, kisbet fama internazzjonali s-sena l-oħra meta kienet l-imħallef fil-każ ta’ Larry Nassar, li nstab ħati li abbuża 156 atleta meta kien tabib...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Paul Bartolo (l-ewwel parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Paul Bartolo. F’din l-ewwel parti tal-intervista tkellima mal-mistieden dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Malta, speċifikament dwar il-ktieb X’kien ġara sew fis-7 Giugno. Staqsejnieh għaliex meta jikteb jagħżel in-naħa ta’ min jitmexxa jew hu oppressat, is-sens ta’ ġustizzja...

Kompli qari

Sorpriżi u xejriet ġodda: Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Bord tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 ħadem qatigħ das-sajf sabiex finalment intgħażlu t-titli finalisti fit-tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti u s-sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka (Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u l-Adolexxenti). It-titli tal-Premju Terramaxka jitħabbru nhar it-Tlieta, 5 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, filwaqt li r-rebbieħa tal-Premju...

Kompli qari

‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Id-duo komiku popolari Danusan u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġgħu għal darb’oħra ħadmu flimkien biex jittellgħu xows bil-għan li jiġu ċċelebrati l-kotba u l-qari. Dawn ix-xows huma eċċellenti għall-familji bit-tfal, għax waqt li jgħallmu tistgħu tistennew siegħa u nofs ta’ daħk u divertiment. Id-Danusan se jkunu qed jippreżentaw bil-mod uniku tagħhom...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joe Debattista

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joe Debattista. Mal-mistieden tkellimna dwar l-istorja tal-librerija ċentrali u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, id-diversi inizjattivi li żviluppaw tul is-snin, x’jiġri minn wara l-kwinti tal-KNK biex il-Kunsill jopera kif sippost, u l-irwol tiegħu fl-industrija tal-ktieb, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Joe...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Elizabeth Grech

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Elizabeth Grech. Mal-mistiedna tkellimna dwar l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, Bejn baħar u baħar, l-oqsma li ħadmet fihom u kif dawn bnewlha l-karattru tax-xogħol artistiku tagħha, il-Mediterran u l-influwenza tal-baħar fit-tematika tal-poeżiji, il-politika f’kitbietha, u l-irwol tat-traduzzjoni fil-Letteratura Maltija, fost oħrajn. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta)

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum ta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta), li fost servizzi oħra toffri programmi rijabilitattivi lil persuni li jkunu jabbużaw mid-droga. Il-preżentazzjoni tal-kotba saret fil-librerija l-ġdida taċ-ċentru, li bħalissa għaddej minn fażi ta’ strutturar tal-bini. Jilqgħu d-donazzjoni kien hemm Jeffrey Muscat,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Tyrone Grima

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Tyrone Grima. Mal-kittieb tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu fil-kitbiet tiegħu, primarjament il-faqar u l-omosesswalità fis-soċjetà Maltija, kif għaqqad ix-xogħol tiegħu mal-arti tad-drama, u punti aktar speċifiċi dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Tyrone Grima huwa Head of Care...

Kompli qari

Il-KNK jippreżenta l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba

Wara laqgħat ta’ konsultazzjoni estensivi li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu mal-awturi lokali aktar kmieni dis-sena, issa wasalna fil-punt li nippreżentaw l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba bil-għan li niggarantixxu d-drittijiet ekonomiċi bażiċi u minimi għall-kittieba u l-awturi f’Malta. Dan huwa l-ewwel pass għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Diġitali. Bħala awtur...

Kompli qari

Il-KNK jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Pawlu Mizzi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Paul Mizzi, li ħalliena llum, il-5 t’Awwissu 2019. Mizzi, il-fundatur ta’ Klabb Kotba Maltin (1970) u Midsea Books Ltd (1974), kien pijunier fl-industrija tal-kotba f’Malta u miegħu hemm ippubblikati bosta mill-aktar kotba fundamentali fil-letteratura Maltija, fosthom id-dizzjunarji ta’ Ġużè Aquilina u...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Alfred Degabriele

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alfred Degabriele. Mal-mistieden tkellimna primarjament dwar il-Moviment Qawmien Letterarju u l-irwol politiku tiegħu fix-xena lokali tas-Sittinijiet. Staqsjenieh kellux biss funzjoni letterarja dan il-moviment, dwar movimenti oħra kontemporanji, il-ġustizzja soċjali u l-MQL, u finalment anki dwar il-poeżiji tiegħu. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019: l-attivitajiet u l-awturi

L-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, din is-sena se jiftaħ b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. It-titlu tal-konferenza se jkun ‘Strange New Worlds: a conference on science fiction and fantasy literature’. L-avveniment se jseħħ l-Erbgħa, 6 ta’ Novembru, fis-7pm fl-Activity Area Sala Sacra Infermeria f’Dar il-Mediterran. Il-parteċipanti...

Kompli qari

Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK – Sejħa għall-Applikazzjonijiet

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet għall-Fond għall-Adattament Ċinematografiku, maħsub biex jippromwovi aktar ix-xogħlijiet letterarji Maltin billi jappoġġja l-produzzjoni ta’ adattament ta’ film ibbażat fuq rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond se jkun qed jindirizza l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett ibbażat fuq...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Keith Attard

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Keith Attard. Mal-mistieden tkellimna dwar l-importanza ta’ dizzjunarji li jkopru reġistru partikulari (f’dal-każ ir-reġistru tal-logħba tal-ballun), is-sorsi varji li ġab l-informazzjoni minnhom, jekk ‘Ballun Pinġut’ laħaqx l-għan tiegħu li jsir għodda għax-xandara sportivi, kif ukoll dwar studju lingwistiku ieħor li jqabbel...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Michael Cini

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Michael Cini. Mal-mistieden tkellimna dwar l-element storiku fir-rumanzi tiegħu, post ir-rumanz storiku fil-Letteratura Maltija u r-relevanza tiegħu llum, il-fil patrijottiku fil-kitba tiegħu u l-patrijottiżmu fil-kuntest kurrenti, u kif jirrelataw flimkien ir-rumanzi tiegħu b’kuxjenza nazzjonali għal dawk b’kuxjenza aktar intima u personali, fost...

Kompli qari

Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 għall-kotba ppubblikati fl-2018. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’April, u t-tieni laqgħa saret fl-uffiċċju tal-KNK nhar il-15 ta’ Lulju, meta l-aġġudikanti ressqu l-lista sħiħa tal-finalisti, kif ukoll il-lista tal-kotba li m’għamluhiex għall-finali u r-raġunijiet warajhom. Dawk l-awturi li l-ktieb...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Lorraine Galea

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lorraine Galea. Mal-mistiedna tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu u jispirawha, l-element awtobijografiku fit-tfassil tar-rumanzi tal-kittieba, l-aspett volontarju fil-ħajja tagħha u kif dan jimxi id f’id mal-kitba, u metodi kif il-ġenituri jistgħu jrawmu d-drawwa tal-qari fit-tfal, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Ħareġ id-19-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam id-dsatax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2019 sat-30 ta’ Ġunju, 2019.   Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Paul P. Borg (it-tieni parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Paul P. Borg f’din it-tieni parti tal-intervista mill-ġimgħa l-oħra. Komplejna bl-intervista nitkellmu dwar ix-xogħol etnografiku tal-mistieden, dwar persuni li ltaqa’ magħhom huwa u jiddokumentahom, dak li tgħallem mingħand Maltin xjuħ li ż-żmien nesa, u r-riflessjonijiet tiegħu dwar in-natura tal-bhejjem u dik...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb prominenti u prestiġjuża tas-sena, li se sseħħ f’Dar il-Mediterran (MCC), il-Belt Valletta, mill-Erbgħa 6 ta’ Novembru sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Il-poster għall-Festival ta’ din is-sena huwa xogħol l-illustratriċi magħrufa Lisa Falzon u d-diżinjatur grafiku Steven Scicluna....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Paul P. Borg (l-ewwel parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Paul P. Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kitbiet tiegħu relatati mal-ambjent, iċ-ċentralità tad-destin bħala karattru ieħor fir-rumanzi u n-novelli tiegħu, it-turment tal-ħsieb bħala qagħda essenzjali fil-karattri, u dwar il-mistoqsijiet ewlenin li ffurmawlu l-qafas għal-letteratura tiegħu tul is-snin, fost oħrajn. Segwi din l-ewwel parti...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Charmaine V. Galea

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charmaine V. Galea. Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ġeneru taċ-chick lit u l-post tiegħu fil-letteratura Maltija, għaliex iddeċidiet li tieħu din it-triq, hijiex ġustifikata l-kritika li ssir kontinentalment lejn dan il-ġeneru, u l-irwol tal-protagonista mara fir-rumanzi tagħha f’kuntest letterarju, u sa ċertu punt...

Kompli qari

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-ewwel edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), Mark Camilleri, fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, nieda l-ewwel edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta. Fid-diskors tiegħu Camilleri fiehem li dan il-konkors nazzjonali qed isir f’ġieħ Doreen Micallef (1949-2001) biex b’hekk jiċċelebra wieħed mill-aktar vuċijiet...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Marlene Saliba

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marlene Saliba. Mal-poeta tkellimna fost l-oħrajn dwar kif bdiet tiżviluppa n-nebħa għall-poeżija sa minn tfulitha, il-metafiżika u t-tiswir tal-ideat fix-xogħlijiet tagħha, il-faxxinu tal-poeta lejn it-tempji megalitiċi, it-tagħlim tal-letteratura Ingliża, u oqsma oħra li ddedikat parti minn ħajjitha għalihom, bħal riċerka dwar...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Helen Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Helen Borg. Ma’ Helen tkellimna dwar temi varji li wieħed isib fir-rumanzi u l-poeżiji tagħha, fosthom it-tbatija frott id-diskriminazzjoni u l-mard, il-mewt fil-kitba tagħha, lil min taqra l-awtriċi u spunti mil-letteratura kontinentali li jitfgħu dawl fuq il-kitba tagħha. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Frans A. Attard

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Frans A. Attard. Mal-mistieden tkellimna dwar ix-xogħlijiet varji tiegħu, fosthom id-direttorju metikoluż tat-toroq li fid-disgħinijiet kien indispensabbli għal kull min kellu karozza, il-ħila tal-ġbir tal-informazzjoni, it-trawwim tal-kapaċità li tagħżel u tifred bejn informazzjoni utli u oħra li mhix, u dwar kotba oħra...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Therese Pace

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Therese Pace dwar il-poeżija tagħha tul is-snin. Ara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar l-aċċessibbiltà tal-poeżija lil kulħadd, il-multilingwiżmu poetiku, l-element matern fix-xogħlijiet tagħha, u kif tkun qed tipproġetta li tasal għand il-qarrej meta tikteb. Segwi l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Therese Pace hija...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar xbihat ewlenin fil-poeżija ta’ Ġorġ Borg tul il-ħajja poetika tiegħu, is-sinjifikanza tal-qosor formali fil-poeżija tiegħu, x’għandu simili u x’jiddistingwi lill-poeta minn oħrajn u s-silenzju, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Ġorġ Borg ippubblika 7 ġabriet ta’ poeżija,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Kevin Saliba

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Kevin Saliba. Mal-mistieden tkellimna dwar l-irwol tat-traduzzjoni fil-passat u issa, l-irwol tat-traduttur għal letteratura, l-isfidi li jiltaqa’ magħhom traduttur, it-test tradott u l-impatt tiegħu fuq il-qarrej tiegħu, u temi oħra marbuta mal-arti u x-xjenza tat-traduzzjoni. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Kevin Saliba huwa...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: David Aloisio

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ David Aloisio. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kanoni fil-letteratura Maltija, it-tradizzjoni kritika letterarja f’Malta, it-test taż-żmien għal xogħol letterarju, id-Diploma fil-Letteratura Maltija, x’jista’ jfittex il-qarrej barrani fix-xogħlijiet Maltin tradotti, u l-grupp ‘Ħsieb Ħieles’ li jmexxi. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. David Aloisio huwa lettur anzjan...

Kompli qari

Ħareġ it-18-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tmintax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom issellfu mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu tal-1 ta’ Jannar, 2019, sat-31 ta’ Marzu, 2019.   Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom...

Kompli qari

Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Fetħu l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Bħas-soltu, il-Festival se jsir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 6-10, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’ attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Valerie Visanich

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Valerie Visanich dwar ir-riċerka soċjoloġika tagħha. Il-mistiedna tkellmet dwar il-parteċipazzjoni kulturali f’Malta, l-iżvilupp tal-udjenza, il-Politika Kulturali ta’ bejn l-2020 u l-2025, iż-żgħożija fis-sittinijiet u ż-żgħażagħ u l-ansjetajiet, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Valerie Visanich tgħallem is-Soċjoloġija fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Simone Spiteri

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simone Spiteri. Il-mistiedna tkellmet dwar l-aktar xogħol riċenti tagħha, id-dramm Repubblika Immakulata, li ttella’ mill-grupp teatrali Du Theatre. Spiteri wieġbet mistoqsijiet relatati mal-ħsieb wara t-test tad-dramm, is-sarkażmu, il-post temporali tad-dramm, u l-użu tal-Malti fix-xogħlijiet teatrali realistiċi, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Simone...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Stephanie Sant u Teodor Reljić

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Stephanie Sant u Teodor Reljić dwar il-ħidma tagħhom fil-film qasir Camilla, rebbieħ tal-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra, u dwar il-ktieb Two ta’ Reljić. Stephanie u Teodor tkellmu dwar l-addattament tan-novella Camilla f’film, u aktar tard fl-intervista Teodor tkellem dwar aspetti letterarji varji mir-rumanz tiegħu. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Marceline Naudi

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Marceline Naudi dwar il-vjolenza kontra n-nisa f’Malta u dwar ir-realtajiet usa’ relatati mas-suġġett lil hinn mill-pajjiż. Fost l-oħrajn, isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk biex tara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar il-politika tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Femminiċidju, ir-riċerka tagħha dwar il-vjolenza fuq in-nisa,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Xi Qrajt dan l-Aħħar, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Sammut dwar il-kitbiet tagħha li jikkonċernaw il-mara u l-vot. Isma’ din l-intervista minn hawnhekk, u fost l-oħrajn tkun taf kif taħsibha Prof. Sammut dwar il-proposta tal-kwoti għan-nisa fil-Parlament Malti, il-femminiżmu f’Agatha Barbara u Mabel Strickland, l-istorja tal-vot lill-mara...

Kompli qari

Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018

Ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 huwa Mark Calleja, bil-manuskritt Karma Red. Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Arnold Cassola

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mal-Professur Arnold Cassola. Ma’ Cassola tkellimna dwar il-karriera politika tiegħu, it-temi li jikkaratterizzaw id-diversi kotba akkademiċi li kiteb dwar personaġġi Maltin li għexu barra minn Malta, u t-testi akkademiċi relatati mal-Letteratura Maltija. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Il-Professur Arnold Cassola huwa għalliem u politikant,...

Kompli qari

Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018-19 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2018-19 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament, minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Psaila u Ryan Grech

F’dan il-programm mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Psaila u Ryan Grech dwar il-kors Taħżiż li ħadu sehem fih, organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ bi sħab mal-Għaqda tal-Malti – Università. Taħżiż huwa programm ta’ empowerment u kitba kreattiva. Fost l-oħrajn, dawn tkellmu dwar kif bnew il-ħila kreattiva tal-kitba tagħhom bis-saħħa tal-kors, għaliex...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Bernice Magro u Matthew Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Bernice Magro u Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università. Isma’ din l-intervista sħiħa, u sir af dwar l-attivitajiet varji li tħejjew għall-festival ta’ dis-sena, festival imżewwaq b’diskussjonijiet, preżentazzjonijiet u tnedijiet ta’ kotba,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sean u Glen Chircop

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sean u Glen Chircop dwar id-djalett Żejtuni, l-arti, il-kultura u l-istorja ta’ dan ir-raħal. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Sean Chircop huwa kunsillier iż-Żejtun li jieħu ħsieb il-kultura, it-turiżmu u l-edukazzjoni għolja. Ħadem biex jissaħħu d-djaletti f’Malta, l-aktar dak Żejtuni. Imexxi l-grupp Spazjarti,...

Kompli qari

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019 – jiftħu l-applikazzjonijiet

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati s-sena ta’ qabel. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji taż-żewġ premji msemmija. Il-premji jingħataw lil dawk l-awturi ta’ pubblikazzjonijiet li jiġu ġġudikati bħala prodotti ta’ valur letterarju u kulturali għoli, dejjem...

Kompli qari

Maltese Literature Nights fil-preżenza ta’ Lou Drofenik u Loranne Vella

B’kollaborazzjoni ma’ Librebook – Bruxelles, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-preżenza fi Brussel ta’ żewġ kittieba Maltin u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Lou Drofenik u Loranne Vella, għal serje ta’ laqgħat mall-kittieba, qari, u diskussjonijiet dwar xogħolhom u l-kitba Maltija. Fis-16 u d-19 ta’ Marzu, iċ-ċentru letterarju Librebook se...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Depasquale

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Depasuale dwar il-ħidma tagħha b’risq il-kuntatt kulturali bejn Malta u Franza, kif ukoll dwar il-kitbiet tagħha, partikularment dawk dwar il-Kavallieri u l-ħajja f’Malta fis-Seklu 18. Fost l-oħrajn, Prof. Depasquale tkellmet dwar xi jfissru l-Kavallieri għal Malta llum, il-paċi dejjiema, u...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Joan Abela

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Joan Abela. Fl-intervista se tisma’ dwar il-konservazzjoni tal-kotba u d-dedikazzjoni li għandha l-mistiedna lejn din il-professjoni, dwar il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili, u dwar il-pubblikazzjonijiet ta’ Dr. Joan. “Jekk ma jkollniex id-dokumenti ma nistgħux niktbu l-istorja, nistgħu biss nivvintaw”. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università, jinsab issa fis-sitt edizzjoni tiegħu u sa minn twelidu dejjem immira biex jipprovdi spazju għall-pubblikaturi u l-awturi Maltin biex jippromwovu xogħolhom ma’ udjenza matura, bħalma huma l-istudenti universitarji. Fadal biss fit ġimgħat biex jibda l-Festival fis-27 ta’ Marzu...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Jonathan Balzan

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jonathan Balzan dwar il-poeżiji tiegħu miġbura fi tliet ġabriet tul medda ta’ snin. Il-mistieden tkellem dwar diversi aspetti tal-poetika tiegħu, fosthom ir-relazzjoni bejn l-att personali tal-kitba u l-kuntatt soċjali, kif żviluppa poetikament bosta snin ta’ kitba, il-kapitaliżmu u l-konsumeriżmu u kif affettwah...

Kompli qari

Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK

Bħala parti mill-plan tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex fl-2019 jibqa’ jipproduċi xogħol awdjoviżiv li jippromwovi lill-awturi fuq ix-xandir kummerċjali u pubbliku, qed inniedu bi pjaċir is-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal żewġ inizjattivi għal dis-sena: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-sejħa ġdida għal Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK. L-applikazzjonijiet għaż-żewġ inizjattivi jibqgħu jintlaqgħu...

Kompli qari

Ħareġ is-17-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-sbatax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Ottubru, 2018 sat-31 ta’ Diċembru, 2018.  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ukoll illi għal...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Peresso

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Peresso dwar il-kitbiet letterarji tiegħu u l-karriera fuq ir-radju. Il-mistieden tkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-kwalità u l-kwantità fil-letteratura, għaliex ilu tant snin jikteb, dwar il-gost fil-kitba, il-politika jew l-impenn politiku tal-kittieb, dwar meta rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u meta ngħata...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Josef Borg

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Josef Borg dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn u Erba’ Profili, Qoxra Waħda, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali. Borg tkellem dwar diversi aspetti, ngħidu aħna l-uġigħ fil-kitbiet tiegħu, il-laqam tiegħu bħala ‘poeta-bidwi’, il-ħsejjes fil-poeżiji tiegħu, u x-xbihat reliġjużi, fost affarijiet oħra. Isma’...

Kompli qari

Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus (FKK), li se jsir fis-27, 28 u 29 ta’ Marzu 2019. Il-Festival jibda fid-9am kuljum b’attività wara oħra sal-4pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet se jkomplu sa tard filgħaxija. L-għan ta’ dan il-Festival hu li jippromwovi l-letteratura...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Carlston Grima

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Carlston Grima. Il-mistieden tkellem dwar Kaxxa Infernali, dizzjunarju ta’ termini marbuta mal-logħob tan-nar, kif ukoll dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn u Erba’ Profili. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Carlston Grima ggradwa mill-Università ta’ Malta bil-Baċellerat tal-Arti (Unuri), u bil-Maġisteru fil-Malti. Iggradwa wkoll fil-Qari...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Simon Bartolo

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simon Bartolo dwar il-kotba li kiteb, fosthom it-triloġija Il-Fiddien ma’ Loranne Vella, is-suq tal-fantaxjenza f’Malta u l-letteratura għaż-żgħażagħ. Il-mistieden tkellem dwar it-triloġija Il-Fiddien, li għadha l-aqwa bestseller f’Malta u kif din fetħet triq għall-ġeneru tal-fantaxjenza f’Malta. Skont l-awtur, l-aktar ħaġa li ħalliet impatt...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark-Anthony Fenech

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark-Anthony Fenech dwar il-ktieb tiegħu It-Tawmaturgu: Ħmura ta’ Filgħaxija. B’dan l-ewwel rumanz oriġinali tiegħu, Mark-Anthony Fenech għamilha mal-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018. Fost l-oħrajn il-mistieden ġie mistoqsi dwar il-ġeneru relattivament ġdid tal-fantaxjenza fil-letteratura Maltija u kif dan qed jarrikkixxi x-xena lokali, dwar in-neoloġiżmi fil-ktieb,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Camilleri

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Camilleri. F’dan il-programm Camilleri jirrispondi lil Horatio Vella mill-programm ta’ qabel billi jirreferi għax-xogħol tal-professur Godfrey Wettinger. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Mark Camilleri huwa storiku u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema...

Kompli qari

Rigal tal-Milied mill-KNK: ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iwassal ir-rigal tiegħu għal dan il-Milied, u dis-sena ġie deċiż li jkun waħda mill-isbaħ opri letterarji Maltin, u l-isbaħ xogħol tal-poeta nazzjonali, ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm. Dun Karm kiteb dan il-kapolavur bejn l-1936 u l-1938, u skont Oliver Friggieri fl-introduzzjoni kritika għall-edizzjoni tal-1988;...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Horatio Vella

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Horatio Vella dwar l-istudji klassiċi u l-arti tagħhom. Prof. Horatio Vella ilu jgħallem l-Università ta’ Malta 28 sena, wara li kien jgħallem f’universitajiet barra minn Malta. F’Malta beda programm ġdid ta’ studju fuq il-Latin u l-Grieg. Kien wieħed mill-fundaturi tal-Malta...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Marco Cremona

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marco Cremona, li għadu kif rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kategorija tar-Riċerka Bijografika u Storjografika bil-ktieb ‘Sal-Quċċata tal-Everest’, li kiteb ma’ Glen Calleja. Marco tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li jixxabbat mal-ogħla muntanja tad-dinja, x’inhu dak il-“misteru” li kiser, il-proċess li wasslu biex...

Kompli qari