Applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015
Il-“Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ” huwa konkors li qed jiġi organizzat kull sena bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja tal-adolexxenti tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha....