Kummenti huma off għal din il-kariga

Applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015

Il-“Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ” huwa konkors li qed jiġi organizzat kull sena bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja tal-adolexxenti tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha. B’hekk l-organizzaturi jittamaw li bil-mod il-mod fis-suq jibdew jiżdiedu aktar kotba f’dan il-ġeneru u l-adolexxenti jsibu qari bil-Malti li jinteressahom u jimmotivahom. Fuq kollox, l-organizzaturi jaspiraw li x-xogħlijiet ippremjati jkunu tal-ogħla livell letterarju.

Agħfas hawn hawn għall-formola ta’ applikazzjoni: Applikazzjoni_2015

Agħfas hawn għall-kriterji: Kriterji_2015