
Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, il-Kunsill Nazzjoanli tal-Ktieb organizza riċeviment żgħir biex jirringrazzja lil kull min kien involut fil-proċess biex ġew ippublikati Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky – żewġ antoloġiji li jiġbru fihom għażla ta’ poeżija u proża tradotta mir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-kategoriji Poeżija u Proża bejn l-2001 u l-2013.
Il-KNK jinstab sodisfatt ħafna bil-kontribut, bis-servizz u d-dedikazzjoni ta’ kull min kien involut f’dan il-proġett li ġie eżegwit f’kollaborazzjoni ma Midsea Books Ltd. u Gutenberg Press Ltd.
Iż-żewġ antoloġiji ġew ko-ordinati mill-editur Terence Portelli u diġa bdew jitqassmu f’diversi Fieri u Festivals tal-kotba Internazzjonali bil-għan li tiġi promossa l-letteratura Maltija tradotta.
Hawn taħt hawn il-lista ta’ poeti f’Tangerine Sky
John Aquilina – Josette Attard – Mario Azzopardi – Charles Bezzina – George Borg – Louis Briffa – Norbert Bugeja – Joseph Buttigieg – Victor Fenech – Joe P. Galea – Claudia Gauci – Albert Marshall – Immanuel Mifsud – Maurice Mifsud Bonnici – Achille Mizzi – Therese Pace – Joe Saliba – Joseph Sciberras
U dawn huma l-awturi li xogħolhom jinstab f’Beyond a Satin Sea
Clare Azzopardi – Ġużè Bonnici – Paul P. Borg – Charles Casha – Victor Fenech – Oliver Friggieri – Pierre J. Mejlak – Immanuel Mifsud – Walid Nabhan – George Peresso – Mariella Pisani Bencini – Alfred Sant – Lino Spiteri – Ġużè Stagno – Alex Vella Gera – Javier Vella Sammut – Trevor Żahra
Il-KNK jixtieq ukoll jirringrazzja lit-tradutturi li ġejjin għall-ħidma tagħhom fuq iż-żewġ antoloġiji.
Albert Gatt – Anita Zammit – Alex Vella Gera – Claudia Gauci – Kenneth Wain – Norbert Bugeja – Rose Marie Caruana – Antoine Cassar – Mark Anthony Fenech – Anthony Aquilina – Walid Nabhan – Alfred Palma – Marlene Saliba – Patricia Gatt – Joseph Buttigieg – Maria Grech Ganado – Therese Friggieri – Saviour Pirotta – Irene Mangion