Il-Festival Tal-Ktieb Fuq Il-Kampus  2021 – edizzjoni virtwali

B’kollaborazzjoni ma’ Dipartimenti mill-Università ta’ Malta u pubblikaturi lokali, qed inwasslulkom programm ta’ attivitajiet online mħejji speċifikament għall-istudenti Universitarji u l-pubbliku ġenerali.

Bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2021 se nkunu qed inxandru online l-programm li tista’ tarah minn fejn trid. Kull attività, fosthom tnedijiet ta’ kotba u diskussjonijiet ma’ kittieba lokali u internazzjonali, se tixxandar minn fuq dil-paġna u l-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

                               

Programme of Events

Filter by Categories:

Filter by date:

Showing Events lorem Clear Filter

Showing lorem Events Clear Filter

Preżentazzjoni ta’ ktieb: 'Mattia Preti: Life and Works' ta’ Keith Sciberras - Midsea Books
March 24, 2021 @ 10:00 am
Mattia Preti qatta’ 40 sena mill-ħajja artistika tiegħu f’Malta. Kien miġjub mill-Ordni ta’ San Ġwann matul il-perjodu Barokk […]
Tnedija tal-ktieb 'Kaligula' ta' Albert Camus maqlub għall-Malti - Faraxa Publishing
March 24, 2021 @ 12:00 pm
. Ktieb ieħor fis-sensiela tat-traduzzjonijiet ta’ Faraxa Publishing Traduzzjonijiet Faraxa, id-dramm Kaligula, oriġinarjament xogħol Albert Camus maqlub għall-Maltin […]
Tnedija ta’ ktieb: 'Leading Cases in Maltese Administrative Law' - Kite Group
March 24, 2021 @ 1:00 pm
  F’intervista ma’ Cristina Aquilina (ELSA), Tonio Borg jippreżenta din il-ġabra ta’ diversi sentenzi tal-Qrati Maltin matul dawn […]
Il-Malti: Protagonist f’Ħażna Diġitali Ġdida - GħMU
March 24, 2021 @ 2:00 pm
. Din id-diskussjoni sservi ta’ introduzzjoni dwar il-portal tar-riċerka mniedi ftit ilu mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta – […]
'Kwarantina' ta’ Jim Crace maqlub għall-Malti: Tnedija - Horizons
March 24, 2021 @ 4:00 pm
It-traduttur tal-ktieb, Charles Flores, intervistat minn Toni Sant dwar il-ġrajja u t-traduzzjoni għall-Malti tal-ktieb Quarantine ta’ Jim Crace, […]
Tnedija ta' ktieb: 'Ċelel Bla Ħitan' - Horizons
March 25, 2021 @ 10:00 am
. Stephen Lughermo jitkellem dwar din il-ġabra ġdida ta’ novelli dwar karattri li jsofru għeluq li ma jidhirx […]
Il-klabb tal-kotba: Niddiskutu 'Firebird' ma’ Mark Doty - KNK
March 25, 2021 @ 12:00 pm
F’dan il-klabb tal-kotba studenti universitarji jiddiskutu l-memoir Firebird ta’ Mark Doty, il-mistieden speċjali tal-Festival, wara li jkunu qraw […]
Ir-rabta tal-filosofija mat-teknoloġija u l-intelliġenza artifiċjali - Id-Dipartiment tal-Filosofija
March 25, 2021 @ 1:00 pm
L-inkjesta filosofika għandha x’taqsam mat-teknoloġija, kemm dik sempliċi tal-kitba u anki dik kumplessa b’teknoloġiji ġodda. Lilhinn mill-marketing leqqieni […]
Ġenerożità, Imħabba, Kreattività, Kuntentizza u Rispett: 'Ġikkur' - Faraxa Publishing
March 25, 2021 @ 2:00 pm
Fr Charlò Camilleri, lettur fit-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u jiddiskuti mal-awtur tas-sensiela ta’ kotba edukattivi Ġikkur, Cedric Chircop, […]
L-Ombudsman - Flessibbli Wisq mal-Amministrazzjoni Pubblika? - BDL Books
March 25, 2021 @ 4:00 pm
. Dr. Ivan Mifsud se jkun qed jiddiskuti l-monografu tiegħu The Ombudsman Remedy in Malta: Too Soft a […]
Tnedija tal-ktieb ta’ Alfred Sant 'Confessions of a European Maltese - The Middle Years' - SKS
March 25, 2021 @ 6:00 pm
Alfred Sant se jiddiskuti ma’ Kurt Sansone l-awtobijografija tiegħu Confessions of a European Maltese – The Middle Years, […]
Preżentazzjoni ta’ ktieb: 'Ir-Redentur: History, Art, Cult' ta’ Jonathan Farrugia (ed.) - Midsea Books
March 26, 2021 @ 10:00 am
L-Istatwa tar-Redentur tal-Isla hija mingħajr dubju l-iżjed statwa sakra ikonika f’Malta. Meqjuma minn ħafna waqt mumenti ta’ tbatija […]
'Leħen il-Malti': 90 sena, 40 edizzjoni - GħMU
March 26, 2021 @ 12:00 pm
Din is-sena, ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti Leħen il-Malti tagħlaq 90 sena, billi bdiet toħroġ meta twaqqfet l-Għaqda tal-Malti minn […]
Taboo! Il-kittieb Malti għadu jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb, fl-2021? - Merlin Publishers
March 26, 2021 @ 2:00 pm
Faċli ninsew li sal-2009, awturi u pubblikaturi kienu għadhom jirriskjaw il-ħabs jekk jippubblikaw testi meqjusa oxxeni jew risqué […]
Tnedija ta’ ktieb: 'Tourism and the Maltese Islands – Observations, reflections and proposals' - Kite Group
March 26, 2021 @ 3:00 pm
L-edituri ta’ dan il-ktieb ġdid, Marie Avellino u George Cassar mill-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura fl-Università ta’ Malta, […]
L-intervista lill-awtur ma' Mark Doty - KNK
March 26, 2021 @ 4:00 pm
Il-poeta u kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi Mark Doty intervistat minn Prof. James Corby dwar id-damma ta’ xogħlijietu li […]
Palk Ħieles waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus - Inizjamed, KNK
March 26, 2021 @ 7:00 pm
Palk Ħieles jirritorna waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, din id-darba b’mod virtwali – tinsiex tirreġistra sabiex taqsam magħna […]

Follow us