Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – joħroġ il-poster ta’ din l-edizzjoni

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta bi pjaċir il-poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru Dar il-Mediterran. Ix-xogħol illustrattiv fuq il-poster sar minn Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna bix-xogħol fuq id-disinn grafiku ta’ Steven Scicluna. Moira, Mark u Steven huma ismijiet...

Kompli qari

Skema ġdida għall-eżebituri // Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar skema ġdida ta’ promozzjoni lill-eżebituri potenzjali kollha tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020. L-applikanti kollha tal-edizzjoni ta’ dis-sena se jkollhom iċ-ċans li japplikaw għal sussidju sħiħ tal-ispejjeż tal-istand tagħhom jekk jippreżentaw irċevuti li juru li jkunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom waqt il-Festival fil-mezzi tal-midja lokali. Is-sussidju...

Kompli qari

Żomm dad-dati: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 // Toħroġ il-formola għall-esebituri

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed iħabbar bi pjaċir id-dati għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li dis-sena se jseħħ bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran il-Belt. Fetħu wkoll l-applikazzjonijiet għall-esebituri li jridu jipparteċipaw f’din l-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba u aġenziji...

Kompli qari

Ir-rebbieħ tal-Premju T.S. Eliot Mark Doty fost il-mistiedna internazzjonali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020

L-edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 se tkun waħda b’involviment internazzjonali aħjar mis-snin ta’ qabel. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ikkollabora mad-Dipartiment tal-Ingliż, id-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar, u d-Dipartiment tal-Filosofija mill-Università ta’ Malta u rnexielu jassigura l-parteċipazzjoni ta’ tliet mistiedna internazzjonali minn oqsma differenti. Dis-sena l-pubbliku se jkollu ċ-ċans li jsir...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 – titħabbar id-data u l-mistednin speċjali

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar id-dati u l-mistieden speċjali għall-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Is-seba’ edizzjoni tal-Festival se ssir bejn l-Erbgħa 25 u l-Ġimgħa 27 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta, u se jkun qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tad-Dipartiment tal-Ingliż (DESA). Il-mistieden...

Kompli qari

Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2019 ittellgħet illum il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-ewwel edizzjoni tal-Konkors għall-poeżija bil-lingwa Maltija tnediet f’Ġunju. Il-Professur Charles Briffa, Dr. Claudine Borg u l-poeta Antoine Cassar iffurmaw parti mill-ġurija. Fl-indirizz tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada!

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li issa stabbilixxa ruħu bħala l-aktar avveniment prestiġġjuż li għandu x’jaqsam mal-kotba f’Malta, se jiftaħ il-bibien tiegħu lill-pubbliku għada l-Erbgħa 6 ta’ Novembru, u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Illejla jkun hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ li tkun tinkludi t-tħabbir tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Terramaxka. Hawn taħt għandkom...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simona Cassano, Matthew Borg u Andrew Ricca, it-tim li pprepara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Mal-mistiedna tkellmet dwar il-ħsieb wara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-importanza tat-tfal u l-familji fit-tfassil tal-programm tal-attivitajiet, il-mistiedna internazzjonali, l-attivitajiet imtellgħin mill-Kunsill f’ħidma mal-eżebituri u msieħba oħra, u l-bqija tal-programm tal-attivitajiet...

Kompli qari