Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 minn din il-ħolqa: Malta Book Festival 2016_formola tal-applikazzjoni Id-dati tal-Festival għall-2016 huma id-9 sat-13 ta’ Novembru (MCC). Problemi bil-proċess ta’ applikazzjoni jew mistoqsijiet dwar eliġibilta għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta lil Maria Muscat (KNK) fuq [email protected] L-applikazzjonijiet qed jiġu milqugħa fuq listess...

Kompli qari

Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016

Ilbieraħ is-7 ta’ April kienet l-aħħar ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016 – tliet ijiem mimlijin bejgħ ta’ kotba u attivitajiet letterarji organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universitá kif ukoll mill-pubblikaturi preżenti għall-fiera u għaqdiet oħra Universitarji attivi fuq il-Kampus. Ninsabu sodisfatti ħafna bl-attendenza u nittamaw li...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard. Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS,...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2015 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esebituri tal-Festival...

Kompli qari

It-Trailer ta’ ‘Dar ir-Rummien’

Ħareġ it-trailer ta’ ‘Dar ir-Rummien’! Trailer – ‘Dar ir-Rummien’ Il-KNK jistieden lill-pubbliku ġenerali għall-premiere ta’ Dar ir-Rummien nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta bħala parti mill-programm ta’ avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015 ‘Dar ir-Rummien’ huwa adattament ċinematografiku minn 2Doors Media ta’ novella ta’ Pierre J. Mejlak mill-ġabra...

Kompli qari

Tibdil fil-ħinijiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar xi tibdil fil-ħinijiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb minħabba bżonnijiet nazzjonali relatati mal-konferenza internazzjonali tal-immigrazzjoni li ser issir il-Belt Valletta ftit jiem wara l-Festival. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jagħlaq nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru f’nofsinhar (12.00) minflok ikun miftuħ il-ġurnata sħiħa, iżda nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru...

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-unur iħabbar lill-pubbliku l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015. MBF 2015 – Programme – MT – web Xi darba kienu jgħidu li l-ktieb tradizzjonali ser jispiċċa kaġun tal-kompjuter, iżda dan f’pajjiżna ftit li xejn jidher minnu meta tqis li l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din...

Kompli qari

Parteċipanti tal-Premju Terramaxka 2015

Il-PREMJU TERRAMAXKA 2015 huwa Premju għall-kotba immirati għat-tfal u adolexxenti li ġew pubblikati tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jiġu mħabbra ġurnata qabel il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV, MCC, Valletta) u ċelebrati matul il-ġimgħa filgħodu meta t-tfal iżuru l-festival mal-iskejjel tagħhom. Il-parteċipanti tal-premju fil-kategoriji rispettivi huma mniżżla hawn taħt:   XOGĦOL...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb mil-4 sat-8 ta’ Novembru, 2015

Dalwaqt jerġa’ magħna l-aktar avveniment importanti tas-sena f’Malta għas-suq tal-kotba: meta l-pubblikaturi u l-awturi kollha lokali jiltaqgħu taħt saqaf wieħed. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser iseħħ mill-4 sat-8 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.   F’dawn il-ħamest ijiem, il-pubbliku ġenerali ser ikun jista’...

Kompli qari

Premju Terramaxka 2015: l-Premju Nazzjonali ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għall-ewwel darba din is-sena, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ser jinqasam f’żewġ sezzjonijiet distinti: il-Premju ta’ Kotba għall-Adulti, li bħal dejjem ser isir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru; u l-Premju ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti li ser iġorr it-titlu PREMJU TERRAMAXKA.   Għala Premju...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015 (4-8 NOV, MCC)

Immaġina… l-iktar kotba riċenti, u l-awturi u l-pubblikaturi tagħhom jiltaqgħu taħt saqaf wieħed; xi ħadd jaqra storja u xi ħadd iehor poeżija. Kittieba jiddibattu, illustraturi jħażżu u l-bejgħ tal-kotba ma jonqosx. It-tfal jitilgħu sal-Belt u l-ħolm tagħhom isir realtà. F’Novembru li ġej jerġa’ magħna l-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB. Segwi dan is-sit...

Kompli qari

Festival Malti tal-Ktieb 2015 – Formola tal-Applikazzjoni

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-esebituri prospettivi tal-Festival Malti tal-Ktieb 2015 għandhom jimlew applikazzjoni sas-17 ta’ Awwissu biex jassiguraw il-parteċipazzjoni tagħhom u jitniżżlu fil-programm uffiċċjali. Applikanti għandhom jagħmlu is-sottomissjonijiet tagħhom għall-attivitajiet u għas-sussidji relatati. Il-Festival Malti tal-Ktieb ser isir mill-4 sat-8 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. Niżżel...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – 5-6-7 ta’ Mejju, 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji....

Kompli qari

Film tal-KNK: Laqgħa ma’ Mara Morbi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa fuq Youtube… Agħfas fuq il-ħolqa u xerred il-kelma >> Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb MALTA   Bħala parti mill-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jippromovi l-kotba u l-qari f’Malta, l-KNK b’kollaborazzjoni ma’ ONE u Shadeena, niedha dan il-film qasir ibbażat fuq ‘Laqgħa ma’ Mara Morbi’ – novella tal-awtur ċelebri Immanuel...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2014

  L-edizzjoni 2014 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ġiet imtella’ għal darba oħra fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Belt Valletta bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bi programm mimli attivitajiet li għalih attendew numru rekord ta’ nies. Bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Franciza, kellna għat-tieni sena konsekuttiva l-parteċipazzjoni tal-ħanut tal-kotba minn Pariġi ‘La Boucherie’ u għall-ewwel...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Programm tal-Avvenimenti 2014

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ħabbar il-Programmar tal-Avvenimenti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li ser iseħħ fuq il-perjodu ta’ ħamest ijiem, bejn it-12 u 16 ta’ Novembru, fic-Centru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta. Il-Festival tal-Ktieb huwa miftuħ għal kullħadd bla ħlas u bi programm daqs ħamsin avveniment miftuħa...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2014 – Stqarrija Stampa

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser iseħħ fit-12 – 16 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta.   Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa kontinwazzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb li ġiet mogħtija libsa ġdida bħala parti mill-isforzi tal-KNK biex iżid il-valur kulturali f’dan l-aveniment annwali u prestiġjuż....

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2014

  Hawn taħt għandkhom issibu l-applikazzjoni għal min hu interessat jesebixxi fl-edizzjoni tal-Festival 2014 : application form 2014     Posters tal- Festival tal-2014 f’format tajjeb għall-istampar:   A4: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1WnAxdWl0M1ZGN0E/edit   A3: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1aXAtaXF4UFIySzQ/edit  

Kompli qari

Hani Shukrallah għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

ara l-intervista kollha hawnhekk: Hani Shukrallah interviewed by Karl Schembri at the Book Festival on Campus. 30th April 2014. aqra l-artiklu ta’ Mark Camilleri – ippubblikat fit-Times of Malta 11/05/14 hawnhekk: Every revolution is messy: Hani Shukrallah, author of Egypt, the Arabs and the World, was the main guest at the...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

L-Għaqda tal-Malti – Università b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb ġewwa l-Università. Il-Festival, ġie mtella bejn it-28 u t-30 ta’ April, mid-9:00 sal-15:00 b’xi attivitajiet li ttellgħu wara s-7 ta’ filgħaxija.   Għal dan il-Festival kien hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom...

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2013 – 13-17 Nov MCC

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jiġbdilkhom l-attenzjoni għall-fiera tal-ktieb li ttelgħet bejn l-Erbgħa 14 ta’ Novembru u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Meditterran, il-Belt Valletta. Sabiex nimmarkaw l-aspett inklussiv u olistiku ta’ dan l-avveniment prestiġjuż, il-fiera tal-ktieb ingħatat it-titlu “Festival Nazzjonali tal-Ktieb”.   Bħalma jsir kull sena, matul dan...

Kompli qari