Donazzjoni ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta)

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum ta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta), li fost servizzi oħra toffri programmi rijabilitattivi lil persuni li jkunu jabbużaw mid-droga. Il-preżentazzjoni tal-kotba saret fil-librerija l-ġdida taċ-ċentru, li bħalissa għaddej minn fażi ta’ strutturar tal-bini. Jilqgħu d-donazzjoni kien hemm Jeffrey Muscat,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Tyrone Grima

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Tyrone Grima. Mal-kittieb tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu fil-kitbiet tiegħu, primarjament il-faqar u l-omosesswalità fis-soċjetà Maltija, kif għaqqad ix-xogħol tiegħu mal-arti tad-drama, u punti aktar speċifiċi dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Tyrone Grima huwa Head of Care...

Kompli qari

Il-KNK jippreżenta l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba

Wara laqgħat ta’ konsultazzjoni estensivi li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu mal-awturi lokali aktar kmieni dis-sena, issa wasalna fil-punt li nippreżentaw l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba bil-għan li niggarantixxu d-drittijiet ekonomiċi bażiċi u minimi għall-kittieba u l-awturi f’Malta. Dan huwa l-ewwel pass għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Diġitali. Bħala awtur...

Kompli qari

Il-KNK jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Pawlu Mizzi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Paul Mizzi, li ħalliena llum, il-5 t’Awwissu 2019. Mizzi, il-fundatur ta’ Klabb Kotba Maltin (1970) u Midsea Books Ltd (1974), kien pijunier fl-industrija tal-kotba f’Malta u miegħu hemm ippubblikati bosta mill-aktar kotba fundamentali fil-letteratura Maltija, fosthom id-dizzjunarji ta’ Ġużè Aquilina u...

Kompli qari

Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus (FKK), li se jsir fis-27, 28 u 29 ta’ Marzu 2019. Il-Festival jibda fid-9am kuljum b’attività wara oħra sal-4pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet se jkomplu sa tard filgħaxija. L-għan ta’ dan il-Festival hu li jippromwovi l-letteratura...

Kompli qari

Rigal tal-Milied mill-KNK: ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iwassal ir-rigal tiegħu għal dan il-Milied, u dis-sena ġie deċiż li jkun waħda mill-isbaħ opri letterarji Maltin, u l-isbaħ xogħol tal-poeta nazzjonali, ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm. Dun Karm kiteb dan il-kapolavur bejn l-1936 u l-1938, u skont Oliver Friggieri fl-introduzzjoni kritika għall-edizzjoni tal-1988;...

Kompli qari