Taħt il-Qoxra: Luke, Peter, Ivan u Greta…il-komik

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mat-tim li pproduċa l-komik Taħt u l-għaqda mhux governattiva Graphic Novel Malta. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Ivan Ellul kiteb episodju għat-teledrama Maltija, u komiks li jesploraw l-avventuri fir-rakkonti popolari Maltin. Peter Magro ħadem fuq diversi produzzjonijiet lokali tal-komiks, u bħalissa huwa l-Viċi-President tal-għaqda...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Salv Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Salv Sammut. Mal-mistieden tkellimna dwar il-portafoll vast tal-kittieb, in-natura lingwistika tal-poeżija u r-realtà tal-ħajja, l-involviment emozzjonali, it-trejdjunjoniżmu u r-razziżmu, fost suġġetti oħra. Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Salv Sammut huwa kittieb u trejdjunjonista attiv. Fil-kitbiet tiegħu hemm element qawwi ta’ osservazzjoni dettaljata...

Kompli qari

Jittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba

Illum l-14 ta’ Settembru ittella’ l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba f’Malta, fuq inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Dan kien mument storiku fejn għall-ewwel darba l-kittieba Maltin iltaqgħu bejniethom biex b’mod kollettiv jirrikonoxxu d-drittijiet ekonomiċi tagħhom. B’kollox attendew ‘il fuq minn 65 awtur. L-għan ewlieni ta’ dan il-Kungress kien il-preżentazzjoni taż-żewġ mozzjonijiet...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Paul Bartolo (it-tieni parti)

F’dit-tieni parti tal-intervista, Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Prof. Paul Bartolo. Wara li fl-ewwel parti tkellimna dwar il-kitbiet ta’ Prof. Bartolo li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Malta, did-darba ffukajna aktar fuq il-pubblikazzjonijiet akkademiċi tiegħu relatati mal-psikoloġija tal-edukazzjoni. Fost oħrajn, trattajna l-inklużjoni fil-klassijiet, id-differenzi umani fl-istudenti, id-diffikultà jew in-naturalezza ta’ sistema...

Kompli qari

L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-mistiedna ewlenija għall-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal dis-sena hi l-Imħallef u kittieba Rosemarie Aquilina. Aquilina, bint emigrant Malti u emigranta Ġermaniża, kisbet fama internazzjonali s-sena l-oħra meta kienet l-imħallef fil-każ ta’ Larry Nassar, li nstab ħati li abbuża 156 atleta meta kien tabib...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Paul Bartolo (l-ewwel parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Paul Bartolo. F’din l-ewwel parti tal-intervista tkellima mal-mistieden dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Malta, speċifikament dwar il-ktieb X’kien ġara sew fis-7 Giugno. Staqsejnieh għaliex meta jikteb jagħżel in-naħa ta’ min jitmexxa jew hu oppressat, is-sens ta’ ġustizzja...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joe Debattista

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joe Debattista. Mal-mistieden tkellimna dwar l-istorja tal-librerija ċentrali u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, id-diversi inizjattivi li żviluppaw tul is-snin, x’jiġri minn wara l-kwinti tal-KNK biex il-Kunsill jopera kif sippost, u l-irwol tiegħu fl-industrija tal-ktieb, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Joe...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta)

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum ta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta), li fost servizzi oħra toffri programmi rijabilitattivi lil persuni li jkunu jabbużaw mid-droga. Il-preżentazzjoni tal-kotba saret fil-librerija l-ġdida taċ-ċentru, li bħalissa għaddej minn fażi ta’ strutturar tal-bini. Jilqgħu d-donazzjoni kien hemm Jeffrey Muscat,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Tyrone Grima

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Tyrone Grima. Mal-kittieb tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu fil-kitbiet tiegħu, primarjament il-faqar u l-omosesswalità fis-soċjetà Maltija, kif għaqqad ix-xogħol tiegħu mal-arti tad-drama, u punti aktar speċifiċi dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Tyrone Grima huwa Head of Care...

Kompli qari

Il-KNK jippreżenta l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba

Wara laqgħat ta’ konsultazzjoni estensivi li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu mal-awturi lokali aktar kmieni dis-sena, issa wasalna fil-punt li nippreżentaw l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba bil-għan li niggarantixxu d-drittijiet ekonomiċi bażiċi u minimi għall-kittieba u l-awturi f’Malta. Dan huwa l-ewwel pass għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Diġitali. Bħala awtur...

Kompli qari

Il-KNK jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Pawlu Mizzi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Paul Mizzi, li ħalliena llum, il-5 t’Awwissu 2019. Mizzi, il-fundatur ta’ Klabb Kotba Maltin (1970) u Midsea Books Ltd (1974), kien pijunier fl-industrija tal-kotba f’Malta u miegħu hemm ippubblikati bosta mill-aktar kotba fundamentali fil-letteratura Maltija, fosthom id-dizzjunarji ta’ Ġużè Aquilina u...

Kompli qari

Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus (FKK), li se jsir fis-27, 28 u 29 ta’ Marzu 2019. Il-Festival jibda fid-9am kuljum b’attività wara oħra sal-4pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet se jkomplu sa tard filgħaxija. L-għan ta’ dan il-Festival hu li jippromwovi l-letteratura...

Kompli qari

Rigal tal-Milied mill-KNK: ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iwassal ir-rigal tiegħu għal dan il-Milied, u dis-sena ġie deċiż li jkun waħda mill-isbaħ opri letterarji Maltin, u l-isbaħ xogħol tal-poeta nazzjonali, ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm. Dun Karm kiteb dan il-kapolavur bejn l-1936 u l-1938, u skont Oliver Friggieri fl-introduzzjoni kritika għall-edizzjoni tal-1988;...

Kompli qari