Taħt il-Qoxra: Salv Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Salv Sammut. Mal-mistieden tkellimna dwar il-portafoll vast tal-kittieb, in-natura lingwistika tal-poeżija u r-realtà tal-ħajja, l-involviment emozzjonali, it-trejdjunjoniżmu u r-razziżmu, fost suġġetti oħra. Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Salv Sammut huwa kittieb u trejdjunjonista attiv. Fil-kitbiet tiegħu hemm element qawwi ta’ osservazzjoni dettaljata...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Paul Bartolo (it-tieni parti)

F’dit-tieni parti tal-intervista, Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Prof. Paul Bartolo. Wara li fl-ewwel parti tkellimna dwar il-kitbiet ta’ Prof. Bartolo li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Malta, did-darba ffukajna aktar fuq il-pubblikazzjonijiet akkademiċi tiegħu relatati mal-psikoloġija tal-edukazzjoni. Fost oħrajn, trattajna l-inklużjoni fil-klassijiet, id-differenzi umani fl-istudenti, id-diffikultà jew in-naturalezza ta’ sistema...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Paul Bartolo (l-ewwel parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Paul Bartolo. F’din l-ewwel parti tal-intervista tkellima mal-mistieden dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Malta, speċifikament dwar il-ktieb X’kien ġara sew fis-7 Giugno. Staqsejnieh għaliex meta jikteb jagħżel in-naħa ta’ min jitmexxa jew hu oppressat, is-sens ta’ ġustizzja...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joe Debattista

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joe Debattista. Mal-mistieden tkellimna dwar l-istorja tal-librerija ċentrali u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, id-diversi inizjattivi li żviluppaw tul is-snin, x’jiġri minn wara l-kwinti tal-KNK biex il-Kunsill jopera kif sippost, u l-irwol tiegħu fl-industrija tal-ktieb, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Joe...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Elizabeth Grech

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Elizabeth Grech. Mal-mistiedna tkellimna dwar l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, Bejn baħar u baħar, l-oqsma li ħadmet fihom u kif dawn bnewlha l-karattru tax-xogħol artistiku tagħha, il-Mediterran u l-influwenza tal-baħar fit-tematika tal-poeżiji, il-politika f’kitbietha, u l-irwol tat-traduzzjoni fil-Letteratura Maltija, fost oħrajn. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Tyrone Grima

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Tyrone Grima. Mal-kittieb tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu fil-kitbiet tiegħu, primarjament il-faqar u l-omosesswalità fis-soċjetà Maltija, kif għaqqad ix-xogħol tiegħu mal-arti tad-drama, u punti aktar speċifiċi dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Tyrone Grima huwa Head of Care...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Alfred Degabriele

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alfred Degabriele. Mal-mistieden tkellimna primarjament dwar il-Moviment Qawmien Letterarju u l-irwol politiku tiegħu fix-xena lokali tas-Sittinijiet. Staqsjenieh kellux biss funzjoni letterarja dan il-moviment, dwar movimenti oħra kontemporanji, il-ġustizzja soċjali u l-MQL, u finalment anki dwar il-poeżiji tiegħu. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Keith Attard

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Keith Attard. Mal-mistieden tkellimna dwar l-importanza ta’ dizzjunarji li jkopru reġistru partikulari (f’dal-każ ir-reġistru tal-logħba tal-ballun), is-sorsi varji li ġab l-informazzjoni minnhom, jekk ‘Ballun Pinġut’ laħaqx l-għan tiegħu li jsir għodda għax-xandara sportivi, kif ukoll dwar studju lingwistiku ieħor li jqabbel...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Michael Cini

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Michael Cini. Mal-mistieden tkellimna dwar l-element storiku fir-rumanzi tiegħu, post ir-rumanz storiku fil-Letteratura Maltija u r-relevanza tiegħu llum, il-fil patrijottiku fil-kitba tiegħu u l-patrijottiżmu fil-kuntest kurrenti, u kif jirrelataw flimkien ir-rumanzi tiegħu b’kuxjenza nazzjonali għal dawk b’kuxjenza aktar intima u personali, fost...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Lorraine Galea

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lorraine Galea. Mal-mistiedna tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu u jispirawha, l-element awtobijografiku fit-tfassil tar-rumanzi tal-kittieba, l-aspett volontarju fil-ħajja tagħha u kif dan jimxi id f’id mal-kitba, u metodi kif il-ġenituri jistgħu jrawmu d-drawwa tal-qari fit-tfal, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Paul P. Borg (it-tieni parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Paul P. Borg f’din it-tieni parti tal-intervista mill-ġimgħa l-oħra. Komplejna bl-intervista nitkellmu dwar ix-xogħol etnografiku tal-mistieden, dwar persuni li ltaqa’ magħhom huwa u jiddokumentahom, dak li tgħallem mingħand Maltin xjuħ li ż-żmien nesa, u r-riflessjonijiet tiegħu dwar in-natura tal-bhejjem u dik...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Paul P. Borg (l-ewwel parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Paul P. Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kitbiet tiegħu relatati mal-ambjent, iċ-ċentralità tad-destin bħala karattru ieħor fir-rumanzi u n-novelli tiegħu, it-turment tal-ħsieb bħala qagħda essenzjali fil-karattri, u dwar il-mistoqsijiet ewlenin li ffurmawlu l-qafas għal-letteratura tiegħu tul is-snin, fost oħrajn. Segwi din l-ewwel parti...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Charmaine V. Galea

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charmaine V. Galea. Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ġeneru taċ-chick lit u l-post tiegħu fil-letteratura Maltija, għaliex iddeċidiet li tieħu din it-triq, hijiex ġustifikata l-kritika li ssir kontinentalment lejn dan il-ġeneru, u l-irwol tal-protagonista mara fir-rumanzi tagħha f’kuntest letterarju, u sa ċertu punt...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Marlene Saliba

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marlene Saliba. Mal-poeta tkellimna fost l-oħrajn dwar kif bdiet tiżviluppa n-nebħa għall-poeżija sa minn tfulitha, il-metafiżika u t-tiswir tal-ideat fix-xogħlijiet tagħha, il-faxxinu tal-poeta lejn it-tempji megalitiċi, it-tagħlim tal-letteratura Ingliża, u oqsma oħra li ddedikat parti minn ħajjitha għalihom, bħal riċerka dwar...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Helen Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Helen Borg. Ma’ Helen tkellimna dwar temi varji li wieħed isib fir-rumanzi u l-poeżiji tagħha, fosthom it-tbatija frott id-diskriminazzjoni u l-mard, il-mewt fil-kitba tagħha, lil min taqra l-awtriċi u spunti mil-letteratura kontinentali li jitfgħu dawl fuq il-kitba tagħha. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Frans A. Attard

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Frans A. Attard. Mal-mistieden tkellimna dwar ix-xogħlijiet varji tiegħu, fosthom id-direttorju metikoluż tat-toroq li fid-disgħinijiet kien indispensabbli għal kull min kellu karozza, il-ħila tal-ġbir tal-informazzjoni, it-trawwim tal-kapaċità li tagħżel u tifred bejn informazzjoni utli u oħra li mhix, u dwar kotba oħra...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Therese Pace

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Therese Pace dwar il-poeżija tagħha tul is-snin. Ara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar l-aċċessibbiltà tal-poeżija lil kulħadd, il-multilingwiżmu poetiku, l-element matern fix-xogħlijiet tagħha, u kif tkun qed tipproġetta li tasal għand il-qarrej meta tikteb. Segwi l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Therese Pace hija...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar xbihat ewlenin fil-poeżija ta’ Ġorġ Borg tul il-ħajja poetika tiegħu, is-sinjifikanza tal-qosor formali fil-poeżija tiegħu, x’għandu simili u x’jiddistingwi lill-poeta minn oħrajn u s-silenzju, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Ġorġ Borg ippubblika 7 ġabriet ta’ poeżija,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Kevin Saliba

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Kevin Saliba. Mal-mistieden tkellimna dwar l-irwol tat-traduzzjoni fil-passat u issa, l-irwol tat-traduttur għal letteratura, l-isfidi li jiltaqa’ magħhom traduttur, it-test tradott u l-impatt tiegħu fuq il-qarrej tiegħu, u temi oħra marbuta mal-arti u x-xjenza tat-traduzzjoni. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Kevin Saliba huwa...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: David Aloisio

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ David Aloisio. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kanoni fil-letteratura Maltija, it-tradizzjoni kritika letterarja f’Malta, it-test taż-żmien għal xogħol letterarju, id-Diploma fil-Letteratura Maltija, x’jista’ jfittex il-qarrej barrani fix-xogħlijiet Maltin tradotti, u l-grupp ‘Ħsieb Ħieles’ li jmexxi. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. David Aloisio huwa lettur anzjan...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Valerie Visanich

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Valerie Visanich dwar ir-riċerka soċjoloġika tagħha. Il-mistiedna tkellmet dwar il-parteċipazzjoni kulturali f’Malta, l-iżvilupp tal-udjenza, il-Politika Kulturali ta’ bejn l-2020 u l-2025, iż-żgħożija fis-sittinijiet u ż-żgħażagħ u l-ansjetajiet, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Valerie Visanich tgħallem is-Soċjoloġija fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Simone Spiteri

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simone Spiteri. Il-mistiedna tkellmet dwar l-aktar xogħol riċenti tagħha, id-dramm Repubblika Immakulata, li ttella’ mill-grupp teatrali Du Theatre. Spiteri wieġbet mistoqsijiet relatati mal-ħsieb wara t-test tad-dramm, is-sarkażmu, il-post temporali tad-dramm, u l-użu tal-Malti fix-xogħlijiet teatrali realistiċi, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Simone...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Stephanie Sant u Teodor Reljić

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Stephanie Sant u Teodor Reljić dwar il-ħidma tagħhom fil-film qasir Camilla, rebbieħ tal-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra, u dwar il-ktieb Two ta’ Reljić. Stephanie u Teodor tkellmu dwar l-addattament tan-novella Camilla f’film, u aktar tard fl-intervista Teodor tkellem dwar aspetti letterarji varji mir-rumanz tiegħu. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Marceline Naudi

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Marceline Naudi dwar il-vjolenza kontra n-nisa f’Malta u dwar ir-realtajiet usa’ relatati mas-suġġett lil hinn mill-pajjiż. Fost l-oħrajn, isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk biex tara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar il-politika tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Femminiċidju, ir-riċerka tagħha dwar il-vjolenza fuq in-nisa,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Xi Qrajt dan l-Aħħar, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Sammut dwar il-kitbiet tagħha li jikkonċernaw il-mara u l-vot. Isma’ din l-intervista minn hawnhekk, u fost l-oħrajn tkun taf kif taħsibha Prof. Sammut dwar il-proposta tal-kwoti għan-nisa fil-Parlament Malti, il-femminiżmu f’Agatha Barbara u Mabel Strickland, l-istorja tal-vot lill-mara...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Arnold Cassola

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mal-Professur Arnold Cassola. Ma’ Cassola tkellimna dwar il-karriera politika tiegħu, it-temi li jikkaratterizzaw id-diversi kotba akkademiċi li kiteb dwar personaġġi Maltin li għexu barra minn Malta, u t-testi akkademiċi relatati mal-Letteratura Maltija. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Il-Professur Arnold Cassola huwa għalliem u politikant,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Psaila u Ryan Grech

F’dan il-programm mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Psaila u Ryan Grech dwar il-kors Taħżiż li ħadu sehem fih, organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ bi sħab mal-Għaqda tal-Malti – Università. Taħżiż huwa programm ta’ empowerment u kitba kreattiva. Fost l-oħrajn, dawn tkellmu dwar kif bnew il-ħila kreattiva tal-kitba tagħhom bis-saħħa tal-kors, għaliex...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Bernice Magro u Matthew Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Bernice Magro u Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università. Isma’ din l-intervista sħiħa, u sir af dwar l-attivitajiet varji li tħejjew għall-festival ta’ dis-sena, festival imżewwaq b’diskussjonijiet, preżentazzjonijiet u tnedijiet ta’ kotba,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sean u Glen Chircop

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sean u Glen Chircop dwar id-djalett Żejtuni, l-arti, il-kultura u l-istorja ta’ dan ir-raħal. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Sean Chircop huwa kunsillier iż-Żejtun li jieħu ħsieb il-kultura, it-turiżmu u l-edukazzjoni għolja. Ħadem biex jissaħħu d-djaletti f’Malta, l-aktar dak Żejtuni. Imexxi l-grupp Spazjarti,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Depasquale

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Depasuale dwar il-ħidma tagħha b’risq il-kuntatt kulturali bejn Malta u Franza, kif ukoll dwar il-kitbiet tagħha, partikularment dawk dwar il-Kavallieri u l-ħajja f’Malta fis-Seklu 18. Fost l-oħrajn, Prof. Depasquale tkellmet dwar xi jfissru l-Kavallieri għal Malta llum, il-paċi dejjiema, u...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Joan Abela

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Joan Abela. Fl-intervista se tisma’ dwar il-konservazzjoni tal-kotba u d-dedikazzjoni li għandha l-mistiedna lejn din il-professjoni, dwar il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili, u dwar il-pubblikazzjonijiet ta’ Dr. Joan. “Jekk ma jkollniex id-dokumenti ma nistgħux niktbu l-istorja, nistgħu biss nivvintaw”. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Jonathan Balzan

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jonathan Balzan dwar il-poeżiji tiegħu miġbura fi tliet ġabriet tul medda ta’ snin. Il-mistieden tkellem dwar diversi aspetti tal-poetika tiegħu, fosthom ir-relazzjoni bejn l-att personali tal-kitba u l-kuntatt soċjali, kif żviluppa poetikament bosta snin ta’ kitba, il-kapitaliżmu u l-konsumeriżmu u kif affettwah...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Peresso

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Peresso dwar il-kitbiet letterarji tiegħu u l-karriera fuq ir-radju. Il-mistieden tkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-kwalità u l-kwantità fil-letteratura, għaliex ilu tant snin jikteb, dwar il-gost fil-kitba, il-politika jew l-impenn politiku tal-kittieb, dwar meta rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u meta ngħata...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Josef Borg

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Josef Borg dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn u Erba’ Profili, Qoxra Waħda, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali. Borg tkellem dwar diversi aspetti, ngħidu aħna l-uġigħ fil-kitbiet tiegħu, il-laqam tiegħu bħala ‘poeta-bidwi’, il-ħsejjes fil-poeżiji tiegħu, u x-xbihat reliġjużi, fost affarijiet oħra. Isma’...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Carlston Grima

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Carlston Grima. Il-mistieden tkellem dwar Kaxxa Infernali, dizzjunarju ta’ termini marbuta mal-logħob tan-nar, kif ukoll dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn u Erba’ Profili. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Carlston Grima ggradwa mill-Università ta’ Malta bil-Baċellerat tal-Arti (Unuri), u bil-Maġisteru fil-Malti. Iggradwa wkoll fil-Qari...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Simon Bartolo

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simon Bartolo dwar il-kotba li kiteb, fosthom it-triloġija Il-Fiddien ma’ Loranne Vella, is-suq tal-fantaxjenza f’Malta u l-letteratura għaż-żgħażagħ. Il-mistieden tkellem dwar it-triloġija Il-Fiddien, li għadha l-aqwa bestseller f’Malta u kif din fetħet triq għall-ġeneru tal-fantaxjenza f’Malta. Skont l-awtur, l-aktar ħaġa li ħalliet impatt...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark-Anthony Fenech

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark-Anthony Fenech dwar il-ktieb tiegħu It-Tawmaturgu: Ħmura ta’ Filgħaxija. B’dan l-ewwel rumanz oriġinali tiegħu, Mark-Anthony Fenech għamilha mal-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018. Fost l-oħrajn il-mistieden ġie mistoqsi dwar il-ġeneru relattivament ġdid tal-fantaxjenza fil-letteratura Maltija u kif dan qed jarrikkixxi x-xena lokali, dwar in-neoloġiżmi fil-ktieb,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Camilleri

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Camilleri. F’dan il-programm Camilleri jirrispondi lil Horatio Vella mill-programm ta’ qabel billi jirreferi għax-xogħol tal-professur Godfrey Wettinger. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Mark Camilleri huwa storiku u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Horatio Vella

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Horatio Vella dwar l-istudji klassiċi u l-arti tagħhom. Prof. Horatio Vella ilu jgħallem l-Università ta’ Malta 28 sena, wara li kien jgħallem f’universitajiet barra minn Malta. F’Malta beda programm ġdid ta’ studju fuq il-Latin u l-Grieg. Kien wieħed mill-fundaturi tal-Malta...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Marco Cremona

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marco Cremona, li għadu kif rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kategorija tar-Riċerka Bijografika u Storjografika bil-ktieb ‘Sal-Quċċata tal-Everest’, li kiteb ma’ Glen Calleja. Marco tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li jixxabbat mal-ogħla muntanja tad-dinja, x’inhu dak il-“misteru” li kiser, il-proċess li wasslu biex...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Lillian Sciberras

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Lillian Sciberras, li għadha kif rebħet il-Premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba. Dr. Sciberras kienet waħda mill-ewwel librara professjonali f’Malta, u mal-preżentatriċi tkellmet dwar x’jiġifieri tkun librar professjonali, l-iżvilupp tal-libreriji f’Malta, u dwar l-isfidi u l-vantaġġi li toffri...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Miriam Calleja

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Miriam Calleja dwar kif hi bħala persuna u poeta hi riflessa fil-poeżija tagħha, l-aktar dawk fil-ġabra ‘Pomegranate Heart’. Il-mistiedna rrimarkat li l-poeżiji tagħha f’dal-ktieb huma bħat-traċċi li kull persuna ħalliet fil-ħajja tal-poeta, hekk bħal meta tofsoq rummiena u jaqgħu s-snien ta’...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sephora Francalanza u Kenneth Scicluna

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sephora Francalanza u Kenneth Scicluna dwar il-pubblikazzjoni ‘Leħen il-Malti’ li tnediet waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-kitba ta’ Kenneth li se tara d-dawl fil-‘Leħen’ stess. Francalanza tkellmet dwar il-proċess biex jintgħażlu l-kitbiet li mbagħad jidhru fl-edizzjoni, liema proċess jibda mill-għada li...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Matthew Borg u Elton Grech)

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg u Elton Grech dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li jibda din il-ġimgħa. Matthew tkellem dwar l-avvenimenti ewlenin waqt il-Festival, fosthom il-konferenza li se tiftaħ il-Festival dwar il-letteratura tad-dijaspora, il-mistiedna ta’ fama internazzjonali, ix-xow tad-DANUSAN, u l-avvenimenti għat-tfal tal-iskola fost il-ġimgħa...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Kirsten Spiteri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachel Deguara titkellem mas-Sur Kirsten Spiteri dwar il-kotba tal-fantaxjenza li kiteb, ‘The Wave’ u ‘Far From Home’, kif ukoll dwar elementi differenti tal-kitba fantaxjentifika u l-irwol tagħha fil-qasam letterarju usa’. Il-mistieden jgħid li l-ġeneru tal-fantaxjenza ma jillimitahx biex jgħid dak li għandu jgħid, għax jista’...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Matthew Schembri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Matthew Schembri dwar ir-rumanz tiegħu ‘Stessi’, li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2016, fost suġġetti oħra. Schembri jgħid li l-ktieb huwa ‘festa sħiħa ta’ influwenzi’ minn kotba ta’ awturi li qara meta kien iżgħar. Isemmi lil Trevor Zahra, Clare...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-Professur Charles Briffa dwar is-sengħa tat-traduzzjoni f’Malta tul iż-żmien u bħalissa, bil-preġji u l-isfidi li ġġorr magħha. Prof. Briffa jibda billi jgħid li t-traduzzjoni orali kienet ilha sseħħ qabel dik tal-kitba. Jirrimarka li l-kelma interpretu bil-Malti fl-antik kienet ‘turċman’. Fil-kuntest tal-proża, Prof....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Emanuel Psaila

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Emanuel Psaila dwar ir-riċerka tiegħu fuq Ġużè Ellul Mercer u kif żviluppat il-kitba soċjalista f’Malta biż-żmien. Psaila jidħol fil-fond dwar ir-rumanz li Ellul Mercer jibqa’ mfakkar għalih, ‘Leli ta’ Ħaż-Żgħir’, biex jislet riflessjonijiet dwar is-soċjetà Maltija fi żmien Mercer u issa,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: John A. Bonello

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ John A. Bonello dwar il-ktieb tiegħu ‘It-Taár’, li hu wkoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-rumanzi bil-Malti u l-Ingliż. ‘It-Taár’ jieħu lill-qarrej 70 sena wara attakk nukleari li qered lid-dinja. Il-ftit li baqgħu ħajja jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena, iżda grupp ieħor ta’...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Andrei Vella Laurenti

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Andrei Vella Laurenti, li għal numru ta’ snin kien membru tal-ġurija fil-bord tal-aġġudikazzjoni ta’ bosta konkorsi letterarji, fosthom tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Vella Laurenti jidentifika karatteristiċi ta’ kwalità li l-aġġidukaturi jfittxu meta jkunu fil-proċess li jagħżlu ktieb rebbieħ. X’inhu li jqarreb awtur...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Frank Fabri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Frank Fabri, Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Din id-darba l-intervista ma daritx ma’ ktieb, iżda Dr. Fabri sab quddiemu mistoqsijiet intriganti dwar suġġetti varji. Ara kif wieġeb meta mistoqsi dwar skejjel fl-inħawi t’isfel ta’ Malta, jekk hux qed joqtol il-kreattività l-fatt...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Louis Briffa

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-poeta Louis Briffa dwar il-poetika tiegħu, b’referenza għall-aħħar ġabra ta’ poeżija tiegħu, ‘Bil-Boqxiex’. Briffa jgħid għala ta dan l-isem lil din il-ġabra, wara li anki t-titlu tal-ewwel ġabra tiegħu, ‘Bil-Varloppa’, ġej mid-dinja tax-xogħol bl-injam, Il-kultura klassika, il-mitoloġija, l-allat Ħindu, il-moda…kollha referenzi kulturali...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Carmel Scicluna

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Carmel Scicluna, ħassieb u poeta, li jistqarr li hu bniedem reliġjuż ħafna. Scicluna jitkellem dwar poeżiji tiegħu minn ġabriet differenti, u magħhom insiru nafu minn fommu stess kif żviluppa l-karattru kuntrastanti tiegħu, fost affarijiet oħra, kif iħares lejn il-poeżija tal-imgħoddi u...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Nadia Mifsud

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Nadia Mifsud dwar ir-rowl tal-kittieba nisa fix-xena letterarja lokali. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taht il-Qoxra: Ġużè Stagno

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Ġużè Stagno dwar il-ġeneru tal-letteratura pop u r-rumanzi tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Claudia Gauci

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Claudia Gauci dwar ix-xogħlijiet riċenti tagħha – kemm fil-poeżija kif ukoll fil-proża. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Michael Zammit

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Michael Zammit dwar il-ktieb tiegħu Metamorfosi, traduzzjoni ta’ siltiet mill-poeżija epika ta’ Ovidju. It-taħdita ddur mat-temi u r-realtajiet psikoloġiċi li Ovidju jesplora f’dan ix-xogħol. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Edward Attard

F’dan l-epsidoju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Edward Attard dwar il-kotba u r-riċerka tiegħu fil-qasam tal-istorja tal-kriminalità f’Malta. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Rita Saliba

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Rita Saliba dwar ix-xogħol letterarju tagħha fl-oqsma ta’ kitba għat-tfal, rumanzi għaż-żgħażagħ u novelli għall-adulti. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Victor Fenech

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Victor Fenech dwar ix-xogħol letterarju tiegħu, kif ukoll il-ħidma li wettaq fil-qasam tax-xena kulturali lokali. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Gioele Galea

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Gioele Galea dwar ix-xogħol liriku u poetiku tiegħu, kif ukoll ir-rumanz li ħareġ is-sena li għaddiet, Tħabbat xtaqtek (2017, Horizons). It-taħdita tmiss mat-temi importanti li jidhru fix-xogħol ta’ Galea u t-tifsira tagħhom fil-kuntest personali u spiritwali. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Stephen Lughermo

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Stephen Lughermo dwar ir-rumanz tiegħu Jarmuk u l-implikazzjonijiet soċjali u politiċi ta’ dan ix-xogħol letterarju. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joseph A. Pirotta

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Profs. Joseph A. Pirotta dwar ir-riċerka u l-kitba tiegħu fuq l-istorja politika ta’ Malta mill-1945 sal-1964. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Audrey Friggieri

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Audrey Friggieri dwar ir-rumanz tagħha Tangerine Glow (2017, Horizons) u t-temi soċjali li jmiss il-ktieb, b’mod partikolari r-rowl tradizzjonali tal-mara fis-soċjetà Maltija. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Glen Calleja

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Glen Calleja dwar il-kitba tiegħu, il-proċess kreattiv u l-implikazzjonijiet soċjali u politiċi tal-ħidma letterarju tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Loreto J. Dalli

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Loreto J. Dalli dwar il-ktieb u l–riċerka tiegħu fil-qasam tal-istorja tal-Gudja. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Carmel Cassar

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Profs. Carmel Cassar dwar il-ħidma tiegħu fil-qasam tal-istorja soċjali ta’ Malta. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Francis Ciappara

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Profs. Francis Ciappara dwar il-ktieb tiegħu The Social and Religious History of a Maltese Parish: St Mary’s Qrendi in the 18th Century (2014, Malta University Press) Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Michael Refalo

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Dr. Michael Refalo dwar ix-xoghol u r-riċerka tiegħu fil-qasam tal-istorja tal-kummerċ f’Malta u l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi ta’ din l-istorja. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Anthony Aquilina

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Athony Aquilina dwar il-ħidma letterarja tiegħu fil-qasam tat-traduzzjoni. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joseph Charles Galdes

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Joseph Charles Galdes dwar ir-riċerka tiegħu fil-qasam tal-lingwistika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr Sandra Hili Vassallo

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Sandra Hili Vassallo dwar il-kitba għat-tfal u l-kwistjonijiet soċjali u personali konnessi ma’ din il-kitba. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joseph A. Xerri (it-tieni parti)

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkompli t-taħdita tagħha ma’ Joseph A. Xerri dwar l-istorja tal-edukazzjoni. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joseph A. Xerri

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Joseph A. Xerri dwar ir-riċerka tiegħu fl-istudju tal-istorja tal-edukazzjoni f’Malta.  Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Maria Grech Ganado

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Maria Grech Ganado dwar il-poeżija u l-ħdima tagħha fix-xena letterarja lokali. Fl-2016 Ganado ingħatat il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba, mhux biss għax-xogħol poetiku tagħha iżda wkoll għall-ħidma li wettqet sabiex tippromwovi l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna. Fit-taħdita Ganado...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Achille Mizzi

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Achille Mizzi dwar il-poeżija u l-ħdima tiegħu fil-qasam tal-kultura, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi max-xogħol letterarju tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sephora Francalanza u John Grech

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Sephora Francalanza, il-president tal-Għaqda tal-Malti-Università, u John Grech, il-maniġer tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li ser iseħħ mill-21 sat-23 ta’ Marzu fil-‘quadrangle’ tal-Università. Il-Festival huwa mtella’ mill-Għaqda tal-Malti flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sur Trevor Żahra

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Trevor Żahra dwar il-kotba u l-karriera tiegħu bħala wieħed mill-kittieba l-iktar magħrufa f’pajjiżna. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Profs. Yosanne Vella

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’Yosanne Vella dwar l-istorja tan-nisa; tema li qabel ftit li xejn kienet tiġi investigata mill-istoriċi. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Montebello

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Mark Montebello dwar il-kotba tiegħu u l-implikazzjonijiet politiċi u soċjali tal-viżjoni artistika tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Guzi Gatt

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Guzi Gatt dwar il-kotba tiegħu u l-implikazzjonijiet politiċi u soċjali tal-viżjoni artistika tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joseph Vella Bondin

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Joseph Vella Bondin dwar il-ktieb tiegħu ‘The Great Maltese Composers’ u l-implikazzjonijiet storiċi, politiċi u soċjali tal-ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Monica Gatt

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Monica Gatt dwar ix-xogħol letterarju tagħha, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-kitba tagħha. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Vella

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Mark Vella dwar ix-xogħol letterarju tiegħu, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-kitba tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.  

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Immanuel Mifsud

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Immanuel Mifsud dwar il-kotba tiegħu, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-kitba tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.                ...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Antoine Cassar

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Antoine Cassar dwar il-ktieb tiegħu Erbgħin Jum, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi miegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Loranne Vella

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Loranne Vella dwar il-kotba u x-xogħol letterarju tiegħu, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi magħhom. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr Adrian Grima

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Dr Adrian Grima dwar il-kotba u x-xogħol letterarju tiegħu, kif ukoll il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi magħhom. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Roberta Bajada

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Roberta Bajada dwar il-kotba tagħha u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi magħhom. Bajada rebħet il-Premju għall-Aħjar Kittieba Emerġenti fi ħdan il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Alfred Sant

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Alfred Sant dwar il-ktieb tiegħu Western u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi miegħu. Western rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 fil-kategorija ‘novelli bil-Malti u bl-Ingliż’. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Clare Azzopardi

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Clare Azzopardi dwar il-kotba tagħha u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi magħhom. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Antoinette Borg

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Antoinette Borg dwar il-ktieb tagħha Fittixni u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi magħhom. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Gabriel Schembri u Kit Azzopardi

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Kit Azzopardi u Gabriel Schembri dwar il-ktieb Patria u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi magħhom. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Alex Vella Gera

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Alex Vella Gera dwar il-kotba tiegħu u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi magħhom. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Wayne Flask

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Wayne Flask dwar il-ktieb tiegħu Kapitali u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: John P. Portelli

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ John P. Portelli dwar il-ktieb tiegħu Xewqat tal-Passa u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Norbert Bugeja

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Norbert Bugeja dwar il-ktieb tiegħu Nartiċi u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Jean Paul Borg

  F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Jean Paul Borg dwar il-ktieb tiegħu Mhux Nies u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Lara Calleja

Fit-tieni episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Lara Calleja dwar il-ktieb tagħha Lucy Min? u l-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi mal-ktieb. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Kompli qari