Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn...

Kompli qari

Konsultazzjoni Pubblika dwar il-PLR 2014

It-Tnejn 6 ta’ Jannar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza konsultazzjoni pubblika fil-Grand Hotel Excelsior biex jiddiskutti l-introduzzjoni tas-Sistema tad-Drittijiet tas-Self Pubbliku (PLR – Public Lending Rights) fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex. Il-Kunsill laqa’ diversi suġġerimenti fosthom: l-importanza li l-awturi lokali jesprimu interess billi japplikaw biex jibdew jibbenifikaw minn din l-iskema kif...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries – Diċembru 2013

Din id-donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries kienet l-ewwel tat-tip tagħha. Fix-xhur li ġejjin il-KNK għandhu pjanat ammont ta’ donazzjonijiet simili b’kotba klassici u oħrajn iktar kontemporanji, kemm barranin kif wkoll lokali , bil-għan li jgħin lil Malta Libraries jimlew u jżewwqu l-ixkaffef tal-libreriji pubbliċi madwar Malta....

Kompli qari

Jum Ewropew tal-Lingwi – Malta 2013

L-Għaqda tal-Malti – Università f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, raddet ħajr lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb tas-sehem li ta sabiex il-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Malta għal 2013 jkun suċċess. Din iċ-ċelebrazzjoni ttellgħet ukoll bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Aġenzija Żgħażagħ u Pjazza Tignè.   http://www.flipsnack.com/AF6FEE7EFB5/jel2013-pakkett-ta-taghrif.html       .

Kompli qari

Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2013, f’ċerimonja li fiha kienu preżenti l-Ministri tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa, il-KNK għadda numru ta’ basktijiet iddisinjati apposta għas-Sezzjoni tal-Parentscraft fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-basktijiet jinkonsistu minn żewġ kotba ta’ stejjer għat-trabi u manwal għall-ġenituri. Dawn il-pubblikazzjonijiet kellhom jitqassmu lill-ommijiet kollha li kienu se jwelldu jew...

Kompli qari