Taħt il-Qoxra: Marlene Saliba

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marlene Saliba. Mal-poeta tkellimna fost l-oħrajn dwar kif bdiet tiżviluppa n-nebħa għall-poeżija sa minn tfulitha, il-metafiżika u t-tiswir tal-ideat fix-xogħlijiet tagħha, il-faxxinu tal-poeta lejn it-tempji megalitiċi, it-tagħlim tal-letteratura Ingliża, u oqsma oħra li ddedikat parti minn ħajjitha għalihom, bħal riċerka dwar...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Helen Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Helen Borg. Ma’ Helen tkellimna dwar temi varji li wieħed isib fir-rumanzi u l-poeżiji tagħha, fosthom it-tbatija frott id-diskriminazzjoni u l-mard, il-mewt fil-kitba tagħha, lil min taqra l-awtriċi u spunti mil-letteratura kontinentali li jitfgħu dawl fuq il-kitba tagħha. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Frans A. Attard

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Frans A. Attard. Mal-mistieden tkellimna dwar ix-xogħlijiet varji tiegħu, fosthom id-direttorju metikoluż tat-toroq li fid-disgħinijiet kien indispensabbli għal kull min kellu karozza, il-ħila tal-ġbir tal-informazzjoni, it-trawwim tal-kapaċità li tagħżel u tifred bejn informazzjoni utli u oħra li mhix, u dwar kotba oħra...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Therese Pace

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Therese Pace dwar il-poeżija tagħha tul is-snin. Ara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar l-aċċessibbiltà tal-poeżija lil kulħadd, il-multilingwiżmu poetiku, l-element matern fix-xogħlijiet tagħha, u kif tkun qed tipproġetta li tasal għand il-qarrej meta tikteb. Segwi l-intervista sħiħa minn hawnhekk. Therese Pace hija...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar xbihat ewlenin fil-poeżija ta’ Ġorġ Borg tul il-ħajja poetika tiegħu, is-sinjifikanza tal-qosor formali fil-poeżija tiegħu, x’għandu simili u x’jiddistingwi lill-poeta minn oħrajn u s-silenzju, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Ġorġ Borg ippubblika 7 ġabriet ta’ poeżija,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Kevin Saliba

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Kevin Saliba. Mal-mistieden tkellimna dwar l-irwol tat-traduzzjoni fil-passat u issa, l-irwol tat-traduttur għal letteratura, l-isfidi li jiltaqa’ magħhom traduttur, it-test tradott u l-impatt tiegħu fuq il-qarrej tiegħu, u temi oħra marbuta mal-arti u x-xjenza tat-traduzzjoni. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Kevin Saliba huwa...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: David Aloisio

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ David Aloisio. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kanoni fil-letteratura Maltija, it-tradizzjoni kritika letterarja f’Malta, it-test taż-żmien għal xogħol letterarju, id-Diploma fil-Letteratura Maltija, x’jista’ jfittex il-qarrej barrani fix-xogħlijiet Maltin tradotti, u l-grupp ‘Ħsieb Ħieles’ li jmexxi. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. David Aloisio huwa lettur anzjan...

Kompli qari

Ħareġ it-18-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tmintax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom issellfu mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu tal-1 ta’ Jannar, 2019, sat-31 ta’ Marzu, 2019.   Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom...

Kompli qari

Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Fetħu l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Bħas-soltu, il-Festival se jsir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 6-10, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’ attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Valerie Visanich

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Valerie Visanich dwar ir-riċerka soċjoloġika tagħha. Il-mistiedna tkellmet dwar il-parteċipazzjoni kulturali f’Malta, l-iżvilupp tal-udjenza, il-Politika Kulturali ta’ bejn l-2020 u l-2025, iż-żgħożija fis-sittinijiet u ż-żgħażagħ u l-ansjetajiet, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Valerie Visanich tgħallem is-Soċjoloġija fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Simone Spiteri

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simone Spiteri. Il-mistiedna tkellmet dwar l-aktar xogħol riċenti tagħha, id-dramm Repubblika Immakulata, li ttella’ mill-grupp teatrali Du Theatre. Spiteri wieġbet mistoqsijiet relatati mal-ħsieb wara t-test tad-dramm, is-sarkażmu, il-post temporali tad-dramm, u l-użu tal-Malti fix-xogħlijiet teatrali realistiċi, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Simone...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Stephanie Sant u Teodor Reljić

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Stephanie Sant u Teodor Reljić dwar il-ħidma tagħhom fil-film qasir Camilla, rebbieħ tal-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra, u dwar il-ktieb Two ta’ Reljić. Stephanie u Teodor tkellmu dwar l-addattament tan-novella Camilla f’film, u aktar tard fl-intervista Teodor tkellem dwar aspetti letterarji varji mir-rumanz tiegħu. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Marceline Naudi

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Marceline Naudi dwar il-vjolenza kontra n-nisa f’Malta u dwar ir-realtajiet usa’ relatati mas-suġġett lil hinn mill-pajjiż. Fost l-oħrajn, isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk biex tara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar il-politika tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Femminiċidju, ir-riċerka tagħha dwar il-vjolenza fuq in-nisa,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Xi Qrajt dan l-Aħħar, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Sammut dwar il-kitbiet tagħha li jikkonċernaw il-mara u l-vot. Isma’ din l-intervista minn hawnhekk, u fost l-oħrajn tkun taf kif taħsibha Prof. Sammut dwar il-proposta tal-kwoti għan-nisa fil-Parlament Malti, il-femminiżmu f’Agatha Barbara u Mabel Strickland, l-istorja tal-vot lill-mara...

Kompli qari

Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018

Ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 huwa Mark Calleja, bil-manuskritt Karma Red. Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Arnold Cassola

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mal-Professur Arnold Cassola. Ma’ Cassola tkellimna dwar il-karriera politika tiegħu, it-temi li jikkaratterizzaw id-diversi kotba akkademiċi li kiteb dwar personaġġi Maltin li għexu barra minn Malta, u t-testi akkademiċi relatati mal-Letteratura Maltija. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Il-Professur Arnold Cassola huwa għalliem u politikant,...

Kompli qari

Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018-19 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2018-19 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament, minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Psaila u Ryan Grech

F’dan il-programm mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Psaila u Ryan Grech dwar il-kors Taħżiż li ħadu sehem fih, organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ bi sħab mal-Għaqda tal-Malti – Università. Taħżiż huwa programm ta’ empowerment u kitba kreattiva. Fost l-oħrajn, dawn tkellmu dwar kif bnew il-ħila kreattiva tal-kitba tagħhom bis-saħħa tal-kors, għaliex...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Bernice Magro u Matthew Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Bernice Magro u Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università. Isma’ din l-intervista sħiħa, u sir af dwar l-attivitajiet varji li tħejjew għall-festival ta’ dis-sena, festival imżewwaq b’diskussjonijiet, preżentazzjonijiet u tnedijiet ta’ kotba,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sean u Glen Chircop

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sean u Glen Chircop dwar id-djalett Żejtuni, l-arti, il-kultura u l-istorja ta’ dan ir-raħal. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Sean Chircop huwa kunsillier iż-Żejtun li jieħu ħsieb il-kultura, it-turiżmu u l-edukazzjoni għolja. Ħadem biex jissaħħu d-djaletti f’Malta, l-aktar dak Żejtuni. Imexxi l-grupp Spazjarti,...

Kompli qari

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019 – jiftħu l-applikazzjonijiet

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati s-sena ta’ qabel. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji taż-żewġ premji msemmija. Il-premji jingħataw lil dawk l-awturi ta’ pubblikazzjonijiet li jiġu ġġudikati bħala prodotti ta’ valur letterarju u kulturali għoli, dejjem...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Depasquale

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Depasuale dwar il-ħidma tagħha b’risq il-kuntatt kulturali bejn Malta u Franza, kif ukoll dwar il-kitbiet tagħha, partikularment dawk dwar il-Kavallieri u l-ħajja f’Malta fis-Seklu 18. Fost l-oħrajn, Prof. Depasquale tkellmet dwar xi jfissru l-Kavallieri għal Malta llum, il-paċi dejjiema, u...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Joan Abela

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Joan Abela. Fl-intervista se tisma’ dwar il-konservazzjoni tal-kotba u d-dedikazzjoni li għandha l-mistiedna lejn din il-professjoni, dwar il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili, u dwar il-pubblikazzjonijiet ta’ Dr. Joan. “Jekk ma jkollniex id-dokumenti ma nistgħux niktbu l-istorja, nistgħu biss nivvintaw”. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università, jinsab issa fis-sitt edizzjoni tiegħu u sa minn twelidu dejjem immira biex jipprovdi spazju għall-pubblikaturi u l-awturi Maltin biex jippromwovu xogħolhom ma’ udjenza matura, bħalma huma l-istudenti universitarji. Fadal biss fit ġimgħat biex jibda l-Festival fis-27 ta’ Marzu...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Jonathan Balzan

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jonathan Balzan dwar il-poeżiji tiegħu miġbura fi tliet ġabriet tul medda ta’ snin. Il-mistieden tkellem dwar diversi aspetti tal-poetika tiegħu, fosthom ir-relazzjoni bejn l-att personali tal-kitba u l-kuntatt soċjali, kif żviluppa poetikament bosta snin ta’ kitba, il-kapitaliżmu u l-konsumeriżmu u kif affettwah...

Kompli qari

Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK

Bħala parti mill-plan tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex fl-2019 jibqa’ jipproduċi xogħol awdjoviżiv li jippromwovi lill-awturi fuq ix-xandir kummerċjali u pubbliku, qed inniedu bi pjaċir is-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal żewġ inizjattivi għal dis-sena: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-sejħa ġdida għal Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK. L-applikazzjonijiet għaż-żewġ inizjattivi jibqgħu jintlaqgħu...

Kompli qari

Ħareġ is-17-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-sbatax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Ottubru, 2018 sat-31 ta’ Diċembru, 2018.  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ukoll illi għal...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Peresso

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Peresso dwar il-kitbiet letterarji tiegħu u l-karriera fuq ir-radju. Il-mistieden tkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-kwalità u l-kwantità fil-letteratura, għaliex ilu tant snin jikteb, dwar il-gost fil-kitba, il-politika jew l-impenn politiku tal-kittieb, dwar meta rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u meta ngħata...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Josef Borg

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Josef Borg dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn u Erba’ Profili, Qoxra Waħda, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali. Borg tkellem dwar diversi aspetti, ngħidu aħna l-uġigħ fil-kitbiet tiegħu, il-laqam tiegħu bħala ‘poeta-bidwi’, il-ħsejjes fil-poeżiji tiegħu, u x-xbihat reliġjużi, fost affarijiet oħra. Isma’...

Kompli qari

Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus (FKK), li se jsir fis-27, 28 u 29 ta’ Marzu 2019. Il-Festival jibda fid-9am kuljum b’attività wara oħra sal-4pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet se jkomplu sa tard filgħaxija. L-għan ta’ dan il-Festival hu li jippromwovi l-letteratura...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Carlston Grima

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Carlston Grima. Il-mistieden tkellem dwar Kaxxa Infernali, dizzjunarju ta’ termini marbuta mal-logħob tan-nar, kif ukoll dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn u Erba’ Profili. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Carlston Grima ggradwa mill-Università ta’ Malta bil-Baċellerat tal-Arti (Unuri), u bil-Maġisteru fil-Malti. Iggradwa wkoll fil-Qari...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Simon Bartolo

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simon Bartolo dwar il-kotba li kiteb, fosthom it-triloġija Il-Fiddien ma’ Loranne Vella, is-suq tal-fantaxjenza f’Malta u l-letteratura għaż-żgħażagħ. Il-mistieden tkellem dwar it-triloġija Il-Fiddien, li għadha l-aqwa bestseller f’Malta u kif din fetħet triq għall-ġeneru tal-fantaxjenza f’Malta. Skont l-awtur, l-aktar ħaġa li ħalliet impatt...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark-Anthony Fenech

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark-Anthony Fenech dwar il-ktieb tiegħu It-Tawmaturgu: Ħmura ta’ Filgħaxija. B’dan l-ewwel rumanz oriġinali tiegħu, Mark-Anthony Fenech għamilha mal-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018. Fost l-oħrajn il-mistieden ġie mistoqsi dwar il-ġeneru relattivament ġdid tal-fantaxjenza fil-letteratura Maltija u kif dan qed jarrikkixxi x-xena lokali, dwar in-neoloġiżmi fil-ktieb,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Camilleri

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Camilleri. F’dan il-programm Camilleri jirrispondi lil Horatio Vella mill-programm ta’ qabel billi jirreferi għax-xogħol tal-professur Godfrey Wettinger. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Mark Camilleri huwa storiku u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema...

Kompli qari

Rigal tal-Milied mill-KNK: ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iwassal ir-rigal tiegħu għal dan il-Milied, u dis-sena ġie deċiż li jkun waħda mill-isbaħ opri letterarji Maltin, u l-isbaħ xogħol tal-poeta nazzjonali, ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm. Dun Karm kiteb dan il-kapolavur bejn l-1936 u l-1938, u skont Oliver Friggieri fl-introduzzjoni kritika għall-edizzjoni tal-1988;...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Horatio Vella

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Horatio Vella dwar l-istudji klassiċi u l-arti tagħhom. Prof. Horatio Vella ilu jgħallem l-Università ta’ Malta 28 sena, wara li kien jgħallem f’universitajiet barra minn Malta. F’Malta beda programm ġdid ta’ studju fuq il-Latin u l-Grieg. Kien wieħed mill-fundaturi tal-Malta...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Marco Cremona

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marco Cremona, li għadu kif rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kategorija tar-Riċerka Bijografika u Storjografika bil-ktieb ‘Sal-Quċċata tal-Everest’, li kiteb ma’ Glen Calleja. Marco tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li jixxabbat mal-ogħla muntanja tad-dinja, x’inhu dak il-“misteru” li kiser, il-proċess li wasslu biex...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Lillian Sciberras

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Lillian Sciberras, li għadha kif rebħet il-Premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba. Dr. Sciberras kienet waħda mill-ewwel librara professjonali f’Malta, u mal-preżentatriċi tkellmet dwar x’jiġifieri tkun librar professjonali, l-iżvilupp tal-libreriji f’Malta, u dwar l-isfidi u l-vantaġġi li toffri...

Kompli qari

L-edizzjoni riveduta tal-Manwal tal-ISBN bil-Malti issa disponibbli

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-verżjoni riveduta tas-seba’ edizzjoni tal-Manwal tal-ISBN bil-Malti issa tista’ ssibha fis-sit tal-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN. Tista’ wkoll tniżżilha minn hawn. Il-Manwal għall-Utenti tal-ISBN huwa l-gwida definittiva għas-sistema tal-ISBN. L-FAQs jipprovdu informazzjoni dwar l-aktar aspetti ċentrali dwar l-ISBN u, f’ċerti każi, wieħed jista’ jsib ħoloq...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Miriam Calleja

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Miriam Calleja dwar kif hi bħala persuna u poeta hi riflessa fil-poeżija tagħha, l-aktar dawk fil-ġabra ‘Pomegranate Heart’. Il-mistiedna rrimarkat li l-poeżiji tagħha f’dal-ktieb huma bħat-traċċi li kull persuna ħalliet fil-ħajja tal-poeta, hekk bħal meta tofsoq rummiena u jaqgħu s-snien ta’...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi,...

Kompli qari

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar premju letterarju prestiġġjuż li jingħata lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħlijiet ippubblikati lokalment is-sena ta’ qabel. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 għall-kotba ppubblikati fl-2017 se jiġi ċċelebrat nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru fil-Berġa ta’ Kastilja f’ċerimonja privata. Minn total ta’ 25 finalist f’erba’ kategoriji, tneħħi...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sephora Francalanza u Kenneth Scicluna

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sephora Francalanza u Kenneth Scicluna dwar il-pubblikazzjoni ‘Leħen il-Malti’ li tnediet waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-kitba ta’ Kenneth li se tara d-dawl fil-‘Leħen’ stess. Francalanza tkellmet dwar il-proċess biex jintgħażlu l-kitbiet li mbagħad jidhru fl-edizzjoni, liema proċess jibda mill-għada li...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Matthew Borg u Elton Grech)

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg u Elton Grech dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li jibda din il-ġimgħa. Matthew tkellem dwar l-avvenimenti ewlenin waqt il-Festival, fosthom il-konferenza li se tiftaħ il-Festival dwar il-letteratura tad-dijaspora, il-mistiedna ta’ fama internazzjonali, ix-xow tad-DANUSAN, u l-avvenimenti għat-tfal tal-iskola fost il-ġimgħa...

Kompli qari

Ħareġ is-16-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-sittax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Lulju, 2018 sat-30 ta’ Settembru, 2018. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ukoll illi għal din...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Kirsten Spiteri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachel Deguara titkellem mas-Sur Kirsten Spiteri dwar il-kotba tal-fantaxjenza li kiteb, ‘The Wave’ u ‘Far From Home’, kif ukoll dwar elementi differenti tal-kitba fantaxjentifika u l-irwol tagħha fil-qasam letterarju usa’. Il-mistieden jgħid li l-ġeneru tal-fantaxjenza ma jillimitahx biex jgħid dak li għandu jgħid, għax jista’...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Matthew Schembri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Matthew Schembri dwar ir-rumanz tiegħu ‘Stessi’, li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2016, fost suġġetti oħra. Schembri jgħid li l-ktieb huwa ‘festa sħiħa ta’ influwenzi’ minn kotba ta’ awturi li qara meta kien iżgħar. Isemmi lil Trevor Zahra, Clare...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-Professur Charles Briffa dwar is-sengħa tat-traduzzjoni f’Malta tul iż-żmien u bħalissa, bil-preġji u l-isfidi li ġġorr magħha. Prof. Briffa jibda billi jgħid li t-traduzzjoni orali kienet ilha sseħħ qabel dik tal-kitba. Jirrimarka li l-kelma interpretu bil-Malti fl-antik kienet ‘turċman’. Fil-kuntest tal-proża, Prof....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Emanuel Psaila

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Emanuel Psaila dwar ir-riċerka tiegħu fuq Ġużè Ellul Mercer u kif żviluppat il-kitba soċjalista f’Malta biż-żmien. Psaila jidħol fil-fond dwar ir-rumanz li Ellul Mercer jibqa’ mfakkar għalih, ‘Leli ta’ Ħaż-Żgħir’, biex jislet riflessjonijiet dwar is-soċjetà Maltija fi żmien Mercer u issa,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: John A. Bonello

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ John A. Bonello dwar il-ktieb tiegħu ‘It-Taár’, li hu wkoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-rumanzi bil-Malti u l-Ingliż. ‘It-Taár’ jieħu lill-qarrej 70 sena wara attakk nukleari li qered lid-dinja. Il-ftit li baqgħu ħajja jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena, iżda grupp ieħor ta’...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Andrei Vella Laurenti

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Andrei Vella Laurenti, li għal numru ta’ snin kien membru tal-ġurija fil-bord tal-aġġudikazzjoni ta’ bosta konkorsi letterarji, fosthom tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Vella Laurenti jidentifika karatteristiċi ta’ kwalità li l-aġġidukaturi jfittxu meta jkunu fil-proċess li jagħżlu ktieb rebbieħ. X’inhu li jqarreb awtur...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Frank Fabri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Frank Fabri, Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Din id-darba l-intervista ma daritx ma’ ktieb, iżda Dr. Fabri sab quddiemu mistoqsijiet intriganti dwar suġġetti varji. Ara kif wieġeb meta mistoqsi dwar skejjel fl-inħawi t’isfel ta’ Malta, jekk hux qed joqtol il-kreattività l-fatt...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Louis Briffa

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-poeta Louis Briffa dwar il-poetika tiegħu, b’referenza għall-aħħar ġabra ta’ poeżija tiegħu, ‘Bil-Boqxiex’. Briffa jgħid għala ta dan l-isem lil din il-ġabra, wara li anki t-titlu tal-ewwel ġabra tiegħu, ‘Bil-Varloppa’, ġej mid-dinja tax-xogħol bl-injam, Il-kultura klassika, il-mitoloġija, l-allat Ħindu, il-moda…kollha referenzi kulturali...

Kompli qari

Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018

Il-lista ta’ finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal din is-sena tixhed tibdil fit-tendenzi li wieħed ta’ min jinnota, speċjalment fil-kategorija ‘Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż’. Minn total ta’ 8 finalisti magħżula, 3 ġejjin mill-ġeneru tal-fantaxjenza, li dejjem kien ġeneru mhux daqstant rappreżentat fix-xena letterarja lokali: Rokit ta’ Loranne Vella, It-Taàr ta’ John...

Kompli qari

‘Il-kotba jieħdu l-ħajja’ fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018

  ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ hija attività li se tittella’ għall-ewwel darba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta) u se tkun għaddejja matul l-aħħar tlett ijiem tal-Festival: il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru fis-7.30pm, is-Sibt 10 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 11 ta’ Novembru fit-3pm. Id-duo Danusan flimkien mal-Kunsill Nazzjonali...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Carmel Scicluna

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Carmel Scicluna, ħassieb u poeta, li jistqarr li hu bniedem reliġjuż ħafna. Scicluna jitkellem dwar poeżiji tiegħu minn ġabriet differenti, u magħhom insiru nafu minn fommu stess kif żviluppa l-karattru kuntrastanti tiegħu, fost affarijiet oħra, kif iħares lejn il-poeżija tal-imgħoddi u...

Kompli qari

Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ: Daqt jagħlqu l-applikazzjonijiet

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża li għad fadal ġimgħa biss biex wieħed ikun jista’ jissottometti xogħlu għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, jiġifieri sa nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Settembru. Dan il-konkors, li l-għan tiegħu huwa li toktor letteratura għaż-żgħażagħ ta’ livell għoli, jsir flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ u issa...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Nadia Mifsud

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Nadia Mifsud dwar ir-rowl tal-kittieba nisa fix-xena letterarja lokali. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joħroġ il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 għal kotba ppubblikati fl-2017. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni għarraf lill-Kunsill bl-għażla tal-finalisti ilbieraħ waqt laqgħa formali fl-uffiċju tal-KNK. Il-proċess tal-għażla beda fil-11 ta’ Mejju b’total ta’ 172 sottomissjoni. Erbgħin minnhom ġew magħżula bħala finalisti – 25 għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb...

Kompli qari

Taht il-Qoxra: Ġużè Stagno

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Ġużè Stagno dwar il-ġeneru tal-letteratura pop u r-rumanzi tiegħu. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li l-bord tal-aġġudikazzjoni għall-edizzjoni tal-2018 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka se jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla sabiex il-membri jagħżlu l-finalisti fil-kategoriji differenti taż-żewġ premjijiet. Il-lista se tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Kunsill u fil-gazzetti lokali fil-ġimgħat ta’ wara. Il-kotba li jidhru fil-lista tal-finalisti jistgħu jitqiesu fost...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Claudia Gauci

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Claudia Gauci dwar ix-xogħlijiet riċenti tagħha – kemm fil-poeżija kif ukoll fil-proża. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018: attivitajiet u awturi

Minn meta l-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb saret il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fl-2013, il-Festival dejjem jiftaħ b’konferenza. Il-konferenza ta’ dis-sena ser ikollha t-tema ta’ ‘Letteratura fid-Dijaspora’ u ser iseħħ fis-7 ta’ Novembru 2018 f’Sir Temi Zammit Hall (MCC), mis-7pm. Il-parteċipanti huma Lou Drofenik, il-kittieba Maltija Awstraljana li ngħatat l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 għar-rumanz...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Michael Zammit

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Michael Zammit dwar il-ktieb tiegħu Metamorfosi, traduzzjoni ta’ siltiet mill-poeżija epika ta’ Ovidju. It-taħdita ddur mat-temi u r-realtajiet psikoloġiċi li Ovidju jesplora f’dan ix-xogħol. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir...

Kompli qari

Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ: Rebbieħa 2013-2017

  Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, issa fit-8 edizzjoni tiegħu, inħoloq bil-għan li tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti u sabiex il-kwalità ta’ kotba ta’ dan il-ġeneru fis-suq lokali tilħaq livell għoli. Il-Konkors iservi ukoll ta’ pjattaforma għal kittieba emerġenti – fost ir-rebbieħa tal-konkors tnejn  ingħataw il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Edward Attard

F’dan l-epsidoju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Edward Attard dwar il-kotba u r-riċerka tiegħu fil-qasam tal-istorja tal-kriminalità f’Malta. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2018

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ifakkar lill-pubbliku li d-data ta’ skadenza għas-sottomissjonijiet għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ hija s-7 ta’ Settembru 2018. Il-konkors, imtella’ kull sena mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-KNK, huwa miftuħ għal kittieba ta’ kull età. Ix-xogħlijiet ippreżentati għandhom ikunu oriġinali, miktuba bil-Malti u bejn 20,000 u 25,000 kelma. Manuskritti...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Rita Saliba

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Rita Saliba dwar ix-xogħol letterarju tagħha fl-oqsma ta’ kitba għat-tfal, rumanzi għaż-żgħażagħ u novelli għall-adulti. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Ħareġ il-15-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam il-ħmistax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2018 u t-30 ta’ Ġunju, 2018.  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar illi għal...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Victor Fenech

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Victor Fenech dwar ix-xogħol letterarju tiegħu, kif ukoll il-ħidma li wettaq fil-qasam tax-xena kulturali lokali. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Open conference Breaking barriers – Contemporary use, models and allocation of ISBN across the world: list of speakers and agenda

The National Book Council of Malta is pleased to announce the list of speakers for the open conference Breaking barriers – Contemporary use, models and allocation of ISBN across the world, organised  in collaboration with the Oxford International Centre for Publishing Studies (UK) and Logos. The conference will be held at...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Gioele Galea

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Gioele Galea dwar ix-xogħol liriku u poetiku tiegħu, kif ukoll ir-rumanz li ħareġ is-sena li għaddiet, Tħabbat xtaqtek (2017, Horizons). It-taħdita tmiss mat-temi importanti li jidhru fix-xogħol ta’ Galea u t-tifsira tagħhom fil-kuntest personali u spiritwali. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill...

Kompli qari

Statement by the executive chairman of the National Book Council on the EU Directive on copyright in the Digital Single Market

The no vote passed by the European Parliament on the Copyright in the Digital Single Market Directive was unexpected. The directive was a rational compromise between European creators and publishers which, basically, would have harmonised European copyright laws with the online world. The vote has inflicted irreparable damage on European...

Kompli qari

Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Amante Bountempo’

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Maltin qed jistiednu poeti sabiex jipparteċipaw fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo 2018. Dis-sena, tlett premijiet li jikkonsistu minn rigal ta’ flus se jiġu mgħotija lil tliet poeżiji f’kull waħda miż-żewġ kategoriji, poeżiji bil-Malti u poeżiji bl-Ingliż. Għal kull waħda minn dal-kategoriji, l-parteċipanti qed...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Stephen Lughermo

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Stephen Lughermo dwar ir-rumanz tiegħu Jarmuk u l-implikazzjonijiet soċjali u politiċi ta’ dan ix-xogħol letterarju. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Joseph A. Pirotta

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Profs. Joseph A. Pirotta dwar ir-riċerka u l-kitba tiegħu fuq l-istorja politika ta’ Malta mill-1945 sal-1964. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Audrey Friggieri

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Audrey Friggieri dwar ir-rumanz tagħha Tangerine Glow (2017, Horizons) u t-temi soċjali li jmiss il-ktieb, b’mod partikolari r-rowl tradizzjonali tal-mara fis-soċjetà Maltija. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

Kompli qari