Kummenti huma off għal din il-kariga

Ċerimonja ta’ Premazzjoni għall-Konkors ta’ Kitba Letterarja

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Konkors ta’ Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ 2016, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ, ser iseħħ nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, 2017 f’ ‘Youth Village’ Aġenzija Żgħażagħ, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, fis-6:30 ta’ filgħaxija. L-attività ser tkun preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Matul iċ-ċerimonja ser jitħabbru l-ismijiet tar-rebbieħa tal-konkors. Tnejn minn ħames manuskritti ġew magħżula mill-ġurija bħala r-rebbieħa tal-premju.

Apparti minhekk, ser ikun hemm ukoll it-tnedija taż-żewġ manuskritti rebbieħa tas-sena li għaddiet – Il-Kulur tal-Lellux ta’ Rita Saliba u Termini u Kundizzjonijiet Jappilkaw ta’ Roberta Bajada. Il-Kulur tal-Lellux ġie ppublikat minn Books Distributors Limited (BDL) waqt li Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw ġie ppublikat minn Merlin Publishers Limited.

Matul iċ-ċerimonja ser jinqraw siltiet mill-manuskritti rebbieħa u ser ikun hemm riċeviment bil-mużika.

Għal iktar informazzjoni aqra hawn: http://ktieb.org.mt/?p=1205&lang=mt

IMG_0694 IMG_0690