
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb prominenti u prestiġġjuża tas-sena, se jsir fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) mis-7 sal-11 ta’ Novembru. Din is-sena l-programm fih ’il fuq minn 80 attività , fosthom tnedijiet ta’ kotba u preżentazzjonijiet, konferenzi, taħditiet, drammi u attivitajiet ta’ divertiment għat-tfal. L-attivitajiet huma mħejjija jew mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew mill-parteċipanti fil-Festival, li tista’ tgħid jinkludu kull pubblikatur, bosta bejjiegħa tal-kotba u NGOs kif ukoll aġenziji pubbliċi involuti fl-industrija tal-ktieb. Dis-sena l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed jirdoppja fl-ispazju. Se jkun hemm żewġ swali għall-eżebizzjoni – is-Sagra Infermerija (fuq) li se jkun fiha l-pubblikaturi, NGOs u libreriji (Maltin u barranin), filwaqt li l-bejjiegħa u l-ħwienet tal-kotba se jkunu fis-Sala La Valette (isfel).
Il-mistiedna speÄ‹jali ta’ din l-edizzjoni se tkun l-awtriÄ‹i u attivista ta’ fama internazzjonali Naomi Klein, li se tkun intervistata mill-Ä¡urnalist lokali Matthew Vella, il-Ä imgħa 9 ta’ Novembru fit-8pm. Klein hi l-awtriÄ‹i tal-ktieb The Shock Doctrine, li kiser rekords ta’ bejgħ fid-dinja u li fih Klein titkellem dwar dak li ssejjaħlu ‘kapitaliżmu tad-diżastri’. Il-ktieb qawwa l-prominenza ta’ Klein, bin-New Yorker jgħid li Klein hi l-aktar figura viżibbli u influwenti fix-xellug Amerikan.
Attività ewlenija oħra hi ‘Il-Letteratura fid-Dijaspora’, l-Erbgħa fis-7pm. Ejja u sir af kif kittieba lokali u barranin, bħal Lou Drofenik, Nikola Petković, Vera Duarte u Philip O Ceallaigh jirriflettu r-realtajiet tal-ispostament, iċ-ċaqliq minn pajjiż għal ieħor, fix-xogħlijiet tagħhom. Lou, Nikola u Philip se jkollhom ukoll avvenimnti ddedikati għalihom separatament. Mistiedna internazzjonali oħra huma r-rumanzier, kittieb tal-esejs u traducteur Brittaniku Tim Parks u l-kittieb Brittaniku ieħor Michael Amherst. Amherst hu l-awtur ta’ Go Where your Blood Beats, li fih jistaqsi dwar id-diviżjoni tas-sesswalità , jiġifieri meta nifirdu bejn eterosesswali jew omosesswali, b’esplorazzjoni f’waqtha tal-istorja u l-psikoloġija kumplessa tax-xewqat umani. L-attivista internazzjonali u r-riċerkatriċi Ruth Baldacchino tintervista lil Amherst. Dan l-avveniment qed visir b’ħidma mal-MGRM.
Minħabba li dis-sena l-ispazju għall-Festival irdoppja, qed ikun mistenni li jirdoppja wkoll l-għadd ta’ studenti li jżuru l-Festival waqt l-attivitajiet ta’ filgħodu meta mqabbel mas-sena l-oħra. Dan juri żieda fil-popolarità tal-Festival ma’ udjenza aktar żagħżugħa – riżultat dirett tal-impenn tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex juża ’l-Festival biex jippromwovi kultura ta’ mħabba lejn il-ktieb. Waqt din l-edizzjoni se jkun hemm qari għat-tfal minn stejjer fil-letteratura ÄŠeka u Slovakka. ‘Promoturi tal-Qari’ hu avveniment li fih se jiÄ¡u ppremjati tfal li eċċellaw fil-qari jew li b’għemilhom għenu lil ħaddieħor jitjieb f’dil-ħila. ĦaÄ¡a oħra Ä¡dida fil-Festival se tkun is-sehem tal-Iskola Maltija tal-Arti Viżiva u Performattiva, li se tkun qed torganizza serje ta’ attivitajiet għat-tfal fost il-Ä¡imgħa filgħodu. L-attivitajiet se jkunu bbażati fuq Fittixni ta’ Antoinette Borg, rebbieħ tal-Premju Terremaxka tas-sena l-oħra.
Mhux ta’ min jitlef ukoll ix-xows li se jagħtu d-duo DANUSAN, Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja, biex juru l-importanza tal-kultura tal-qari…ovvjament bil-mod uniku tagħhom! Ix-xows se jsiru l-Ä imgħa, is-Sibt u l-Ħadd u huma immirati għal familji bit-tfal. Aktar informazzjoni ssibha fuq www.showshappening.com.
Attivitajiet interessanti oħra li se jorganizza l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma d-diskussjoni li se titmexxa mill-ġurnalist James Debono dwar x’ħalliet warajha l-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia, Se jintwera għall-ewwel darba l-film Camilla ta’ Shadeena, rebbieħ tal-Konkors tal-KNK għall-Films Qosra, addattat min-novella bl-istess isem ta’ Clare Azzopardi, is-Sibt 10 ta’ Novembru fit-8.30pm.
Il-KNK qed jorganizza wkoll attivitajiet iddedikati lil Victor Fenech u lil Daphne Caruana Galizia, kif ukoll se jintwera għall-ewwel darba l-film asir Camilla ta’ Shadeena. Il-Ä imgħa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jiÄ¡u ċċelebrati l-karriera u x-xogħlijiet letterarji tal-poeta Victor Fenech. Victor, li kellu sehem ewlieni fil-promozzjoni tal-letteratura Maltija u t-tħeġġiÄ¡ t’awturi Ä¡odda, rebaħ il-premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba.Â
Is-Sibt filgħaxija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jiddedika ħin lill-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia b’avveniment dar il-legat tagħha. Il-ġurnalist James Debono se jmexxi diskussjoni li se tiffoka wkoll fuq il-kontroversji li ksew lil ħajjitha. Il-popolarità tal-aħbarijiet li kienet tippubblika u l-kummentarji fil-blog tagħha sawruha bħala waħda mill-aktar kittieba influwenti u l-aktar moqrija li kien hawn f’Malta. Aktar tard il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jippreżenta għall-ewwel darba l-film qasir ‘Camilla’, ta’ Shadeena, u dirett minn Stephanie Sant. ‘Camilla’ hu r-rebbieħ tal-Konkors Letterarju tal-KNK għall-Films Qosra ta’ dis-sena, u hu addattament ċinematografiku tan-novella bl-istess isem ta’ Clare Azzopardi. L-avveniment qed isir b’ħidma bejn il-KNK u Merlin Publishers.
Ejja sal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru li Ä¡ej bla inkwiet ta’ xejn, billi tuża s-servizz ta’ trasport b’xejn li se jiÄ¡i pprovdut is-Sibt 10 u l-Ħadd 11 ta’ Novembru. Is-servizz se jopera minn u lejn l-istejÄ¡ jisimha Publju qrib il-Monument tal-Indipendenza l-Furjana u Dar il-Mediterran (MCC) il-Belt. L-ewwel vjaġġ tal-Ä¡urnata mill-Furjana se jkun is-Sibt fid-9.15am, u l-Ħadd ikun fit-8.15am, kull siegħa. L-aħħar vjaġġ jitlaq mill-MCC fl-10.30pm is-Sibt u fid-9.30pm il-Ħadd, kull siegħa wkoll.
L-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se ssir Dar il-Mediterran, il-Belt, bejn l-Erbgħa 7 u l-Ħadd 11 ta’ Novemvru. Il-programm tal-avvenimenti se jkun qed jitqassam f’kull dar f’Malta u Għawdex fil-ġimagħtejn li ġejjin. Tista’ tniżżel kopja diġitali tiegħu minn hawn: http://ktieb.org.mt/mt/festival-nazzjonali-tal-ktieb/ . Sir af altar dear il-Festival bill żżur hawnhekk: https://www.facebook.com/events/2161321014103325/
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 - joħroġ il-poster ta’ din l-edizzjoni
- Skema ġdida għall-eżebituri // Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020
- Żomm dad-dati: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 // Toħroġ il-formola għall-esebituri
- Pospost il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- L-Arti tal-Protesta waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Ir-rebbieħ tal-Premju T.S. Eliot Mark Doty fost il-mistiedna internazzjonali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020: Il-Programm
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 - titħabbar id-data u l-mistednin speċjali
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 jasal fi tmiemu
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada!
- The NBC visits the World Book Capital 2019: Sharjah
- Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Inkontri Letterarji Qosra ma’ professjonisti tal-pubblikazzjoni waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras
- ‘Strange New Worlds’ - il-konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħareġ il-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Sorpriżi u xejriet ġodda: Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019: l-attivitajiet u l-awturi
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Jitnieda l-programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019
- Lillian Sciberras: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba 2018
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo 2018
- Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada: żomm dawn id-dati f’moħħok - 7-11 ta’ Novembru 2018
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- ‘Il-Letteratura fid-Dijaspora’: konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Lou Drofenik u Victor Fenech
- Iltaqa' mal-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal- Ktieb 2018
- Ħareġ il-programm uffiċjali tal-avvenimenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- 'Il-kotba jieħdu l-ħajja' fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018: attivitajiet u awturi
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Festival tal-Ktieb fis-Sajf 2018 - Għawdex: Il-Programm
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua
- Il-ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- L-arti u t-test Dik il-Qtajra fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Jasmin B. Frelih fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- It-temi taboo diskussi waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Mill-karta għall-ktieb – L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita dwar William Blake u l-arti tal-istampar fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2018
- Tmiem il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo
- Trevor Żahra bin-Norveġiż: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ros Barber fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Serata f'ġieħ Mario Azzopardi fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Shahd Alshammari fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Alex Vella Gera fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konferenza: Il-Verità fil-Letteratura Fittizja u Dik mhux Fittizja
- Ħareġ il-Programm ta' Attivitajiet Kulturali: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop mal-ġurnalisti Rosie Goldsmith u Max Easterman: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti għall-Festival tal-Ktieb
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 - Dati u Attivitajiet
- Immanuel Mifsud fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Iż-Żgħażagħ u l-Letteratura fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Sessjoni ta' Qari minn Awturi Diversi - Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Clare Azzopardi u Loranne Vella fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Donazzjoni ta' Kotba fil-Ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf - Għawdex
- Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti: Sejħa għall-Artisti
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus
- Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb
- REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS' AMANTE BUONTEMPO' 2016
- Jiġi fi tmiemu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016!
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 jiftaħ għada!
- Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Promo tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016